Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-771 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Sean Borg – Sabiħ Ukoll
- Tara Formosa – Sky’s the Limit
- Motherknives – Otherside
- Andre Camilleri – I Wish I Was Stoned Today
- Megan May – Home
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt 3 ġimgħat ilu jidher li ntlaqgħet tajjeb. Allura inkomplu x’qed insib fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, hekk kif inkompli nħassar kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI. Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar. Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.
- Carlo Gerada feat. Kristina Casolani – Never Let Go (2013)
- Funk Initiative – The Furthest From Home That I’ve Ever Been (2016)
- Chris Tanti & Cheryl Balzan – Sweet Sister
- Stefanos – Navigate (2012)
- Mistura – Misraħ il-Ħelsien
- Kantilena –X’ubidú?
- Fredu Abela l-Bamboċċu – Tal-Life (1973)
PARTI 3: L-album tal-lum huwa That’s About It ta’ Carlo Muscat. Dan huwa t-tmien album ta’ dan is-sassofonista Malti. Din id-darba qed jaħdem esklussivament ma’ mużiċisti Ukreni fuq disa’ kompozizzjonijiet orġinali tiegħu. L-album kien irrekordjat f’Kyiv, l-Ukraina, f’Diċembru li għadda fil-qalba tat-taħbit tal-gwerra mar-Russja. It-taħbit għadu għaddej, sfortunatament, iżda l-album ħareġ xorta fit-8 ta’ Mejju 2026. Carlo Muscat ilu jgħix u jaħdem fl-Ukraina għal diversi snin issa, u kien prattikament emigra hemm qabel ma bdiet il-gwerra attwali. Minn dan l-album illum għażilt dawn is-siltiet:
- Night Owl
- Sparrow Song
- The Green Expanse
> Isma’ jew niżżel l-album kollu That’s About It ta’ Carlo Muscat fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…