Mużika Mod Ieħor – 772

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-772 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tmien staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • The Travellers Futur Uliedi
  • Lara Zammit Neżisti Anke fiċ-Ċpar
  • Kym Pepe – Settembru
  • Perseus Dream – Seventeen
  • Dylan De Bono Will I Ever Feel Again

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt 4 ġimgħat ilu tkompli llum ukoll, u wisq probabbli anke fl-edizzjoni li jmiss. Inkomplu naraw x’sib fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, meta kont qed nħassar kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI.  Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar.  Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.

  • Bitterside Left Alone
  • Bridget Bone – Monkey Rule
  • Checkmate You and I
  • Dusk – The Big Blue (thinking of you)
  • Kultural – Irrappreżenta

 

Andre Camilleri - Midnight on Brunswick Street album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Midnight On Brunswick Street ta’ Andre Camilleri. Album ieħor ta’ Andre Camilleri. M’hemmx wisq aktar x’tgħid, jew? U dalwaqt ġej ieħor, li diġà tħabbar. Minn dan l-album li ħareġ fil-5 ta’ April 2026 illum għażilt dawn is-siltiet:

  • Midnight On Brunswick Street
  • Trouble On My Mind
  • Bitter Sweet
  • Barflies & Boozehounds
  • Here’s to Hoping

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Midnight On Brunswick Street ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…