Mużika Mod Ieħor – 777

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-777 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fid-disa’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Chasing Pandora Forget Me Not [minn Paper Skin]
  • The CassettesReggie Miller Street [minn Sergio, La Mużika]
  • Frank O’NeillIt-Tieġ tan-Neputija [minn Bla Kliem]
  • Infinite DubWarped (Melchior Sultana Remix)
  • SaħħarL-Għatxan  [minn Miġja ta’ Moħħ Miġnun]
  • Child & Capitol KĦabbata

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’ħoss tagħmel iż-Żafżifa ta’ Peter Sant? Żafżifa huwa l-film il-ġdid ta’ Peter Sant li bħall-film tiegħu Of Time and the Sea li ħareġ madwar 8 snin ilu, għandu stil viżiv u meditattiv b’enfasi fuq il-pajsaġġ Malti u t-temi tal-memorja u l-aljenazzjoni. F’Żafżifa Dimitrios, li jsib ruħu aljenat f’Buġibba mibdula mill-iżvilupp u l-migrazzjoni. Hemm  jiltaqa’ ma’ Annie u l-kumplament tal-film jesplora vjaġġ ta’ tama, telf u sopravivenza. Il-mużika ta’ dan il-film hija element essenzjali li ssaħħaħ l-atmosfera emozzjonali u riflessiva tiegħu. Peter Sant ikkollabora mal-perkussjonista Ivan Hoe għas-soundtrack tal-film u hekk nistgħu ngħidu li l-mużika ta’ dan il-film hija marbuta mill-qrib mal-viżjoni artistika tiegħu. Din mhux tip ta’ mużika li timponi ruħha fuq ix-xeni tal-film. Minflok naħseb li toħloq spazju ta’ kontemplazzjoni u tesprimi s-solitudni, it-tama u t-tensjoni li naraw fil-karattri prinċipali. Fit-27 ta’ Ġunju 2026 ġiet ippubblikata fuq Bandcamp parti oħra mill-kollaborazzjoni ta’ Peter Sant ma’ Ivan Hoe taħt l-isem ta’ Collapse. F’dan l-album insibu xogħol kompletament improvviżat anke jekk xi elementi minnu jorbtu sew ma’ dak li jinstema’ fil-film Żafżifa. Minn dawn iż-żewġ ġabriet għażilt dawn is-siltiet:

  • A flame – Opening Sequence
  • Escape Monotony
  • Playful Happiness
  • Pillion

> Isma jew niżżel is-sountrack oriġinali tal-film Żafżifa ta’ Peter Sant fuq Bandcamp.

  • SI01
  • SI07

Cover of 128K by Beangrowers> Isma jew niżżel l-album Collapse ta’ Sant Ivan fuq Bandcamp.

 

PARTI 3: L-album tal-lum huwa 128K tal-Beangrowers. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-grupp Malti venerabbli wara ħafna snin.  Veru li uħud mis-siltiet li fih jorbtu mal-aħħar EP tagħhom Dystopia, li ħareġ madwar 7 snin ilu. L-isem evidentament jorbot ma’ 48K, l-ewwel album tagħhom, li kienu ħarġu 27 sena ilu.  Tgħid dan l-aħħar album tal-Beangrowers? Jew dan ritorn fix-xena issa li mhux biss huma mmaturaw sew imma anke x-xena lokali hija waħda differenti ferm minn dik li bdew fiha madwar 30 sena ilu. Minn 128K li ħareġ fl-14 ta’ Ġunju 202 6, illum għażilt dawn:

  • Dystopia
  • Burned Down
  • Soft Frills
  • Dreams of the Young

> Isma’ jew niżżel l-album kollu 128K tal-Beangrowers fur Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…