Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-775 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Grupp Newtralità u Paċi – X’Se Jgħidulek
- Fake Ophelia – Untitled Track from Upcoming Album
- Stephanie Sant – House of Dreams
- The Sound of Tinkering – Numinous
- Robert Farrugia – Transients
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt xahrejn ilu tiġi fi tmiemha llum. Dan ma jfissirx li din se tkun l-aħħar darba li nkomplu naraw x’sibt fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, jien u għaddej narkivja jew inħassar il-kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li għandi. Fihom għad hemm diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI. Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar. Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.
- Woodenman – Never Go Away
- The Myth – Beautiful
- NV – Leave Me Alone
- Retrophytes – Paranoia
- Wayne Micallef – Breaking Down
- Karm Debattista mssp – Now I Belong
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Different Minds 2026 ta’ Different Minds. Dan l-album ħareġ fil-15 ta’ Mejju 2026. Different Minds kellna diversi singles mingħandhom f’dawn l-aħħar snin, għax verżjonijiet differenti ta’ dan il-grupp ilhom jeżistu għal aktar minn 25 sena. Uħud minnhom inklużi wkoll f’dan l-album li fih sitt versi siltiet ġodda. Fosthom insibu l-kanzunetta It’s Christmas, li mhux se ninkludiha llum waqt MMI. Minn dan l-album tal-band ta’ Robert G(alea) għażilt dawn is-siltiet:
- Different Minds
- Across the Borderline
- I Thank You
- Hold On
> Isma’ l-album kollu Different Minds (2026) ta’ Different Minds fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…