Mużika Mod Ieħor – 770

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-770 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tmien staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Claire Tonna A Woman I Love
  • Daryl Ebejer ft. David Cassar Torreggiani Bħal Ħolma
  • Sad Pancake – Laceration
  • SterjoTipi – Il-Bidu
  • X-Vandals Veil of Forgetfulness
  • Carlo MuscatFor the Walking Woman

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? Inkomplu fejn bdejna fil-ġimgħatejn li għaddew fl-attentat tiegħi biex nara x’hemm li jista’ jitħassar mill-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi. Sibt kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI.  U allura llum ukoll – u ċertament li nkompliha darb’ oħra wkoll din – qed naqsam magħkom uħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar.  Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.

  • LyndsayRegent Street
  • Dripht – Green Dub
  • Norm Rejection – Peltier
  • The Red Model – (what’s in) Colonel Gaddafi’s Suitcase?
  • TroffaĦamra Mifruda bil-Ħin
  • Maryrose Mallia – Nazju tal-Ibirba
  • Todamusica ft. Sandrina Falling

Aidan - Cowboys Dont Cry album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Cowboys Don’t Cry ta’ Aidan. Din il-ġimgħa bix-xieraq li niffokaw naqra fuq dan l-album hekk kif Aidan Cassar qed jidher fuq tant mijjiet ta’ eluf ta’ screens madwar l-Ewropa u fl-Awstralja. Dan l-album naħseb li huwa wieħed mill-aħjar li qatt akkumpanjaw lil min mar fil-Eurovision Song Contest f’isem Malta. Ilu li ħareġ mill-20 ta’ Marzu 2026, fih il-kanzunetta Bella (sintendi!) imma fih ukoll diversi siltiet oħra tipiċi ta’ dan il-kantant popolari Malti.  Minnu llum għażilt dawn:

  • Cowboys Don’t Cry
  • Dolce Vita
  • Holy Water
  • Man on the Moon

> Isma’ l-album Cowboys Don’t Cry ta’ Aidan kollu fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…