Mużika Mod Ieħor – 774

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-774 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fit-tmien staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Ghoolie Xemxi
  • Jodi u Ian Nerġa’ Ngħix
  • Lara Zammit – Fid-Dlam Hemm Ġenna [minn Qamar il-Għasel Pt.1]
  • Rossann – Irrid Ninsiek [minn Grif]
  • Manwel T Unidentified Flying Cymbals

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt 6 ġimgħat ilu tkompli llum ukoll, u wara l-edizzjoni li jmiss se nieqaf minnha, anke jekk taf terġa’ tiġi lura das-sajf. Inkomplu naraw x’sib fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, meta kont qed nħassar kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI.  Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar.  Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.

  • Dimal ft Maddee – Shake It, Skake It 
  • Planet Seed Want You To Know
  • FellowFish – Ordinary Madness
  • Banda Briganti – Is-Sindromu tal-Kelb tal-But
  • Andrew Cauchi, Jurgen Scicluna, Tizjana Grech u Leana Papgiorcopulo Dija tad-Dinja
  • Antares Flare Sandstones

Ġiżimina - Id-Dlam Id-Dawl album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Id-Dlam Id-Dawl ta’ Ġiżimina. Dan l-album ħareġ fit-8 ta’ Mejju 2026. Ġiżimina hija Yasmin Kuymizakis li ilha attiva fix-xena lokali għal bosta snin.  Dan l-album iġib flimkien stili differenti mingħand din il-kantawtriċi Maltija. Partikolari tassew fih huwa l-użu ta’ samples ta’ kitarri Maltin minn recordings fil-kollezzjoni ta’ Magna Żmien. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

  • Il-Qamar
  • Il-Baħħ
  • Il-Milja Tal-Ħajja (feat. Mario Pace)
  • Il-Mamà
  • Il-Wegħda

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Id-Dlam Id-Dawl ta’ Ġiżimina fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…