Mużika Mod Ieħor – 724

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-724 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Spooky Monkey Neon Funk
  • KayatiI Hate It
  • Cosette Baldacchino Misunderstood 
  • Lyndsay Lullaby
  • Andrew Cauchi – Ward Ifuħ
  • Kapitlu Tlettax feat. Reanue  – Hawn Għalik

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Tislima lil David Vella (1955–2025). Fix-xena tal-mużika lokali hemm diversi persuni li huma magħrufa sew minn mużiċisti oħra iżda li għal xi raġuni jew oħra mhux daqstant magħrufa mill-pubbliku. Hekk nikklassifikah lil David Vella jien li ħalliena fit-2 ta’ Ġunju 2025. Lil David ili naf bih minn meta kont tifel żgħir, għax bħalu trabbejt fil-parroċċa ta’ San Ġirgor, f’tas-Sliema. William Mangion iqisu bħala wieħed mill-akbar ħbieb u ispirazzjoni tiegħu. Filfatt qabel marad tant li spiċċa l-isptar, kien qed jipprepara biex jingħaqad mal-banda tiegħu f’sensiela ta’ spettakli li jiċċelebraw il-mużika ta’ Joe Cocker. Fix-xena tal-mużika rock lokali nsibu żewġ recordings ta’ David Vella fuq l-accordion mal grupp The Characters, fl-album tagħhom Face to Face li ħareġ madwar 28 sena ilu. Però David Vella kien anke jikteb il-kanzunetti u jdoqq bħala solista, b’mod relattivament low-key hafna. Minn dan kollu għandna dawn is-siltiet x’nisimgħu biex niftakruh illum:

  • The Characters – Why in the World
  • William Mangion: Joe Cocker Tribute BandN´Oubliez Jamais
  • The Characters – Work It Out
  • David VellaF You Corona

 

Benji Cachia – Akshara album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Akshara ta’ Benji Cachia. Ħareġ fit-25 ta’ April 2025 u allura huwa wieħed mill-albums il-ġodda ta’ din is-sena. Huwa album xi ftit mhux tas-soltu fix-xena tal-mużika lokali, sew stilistikament kif ukoll għall-fatt li huwa album ta’ perkussjonista li qed jikkollabora ma’ diversi mużiċisti sew Maltin kif ukoll barranin.  Illum għażilt li ndoqq dawn is-siltiet minnu.

  • Tolga’s Mountain
  • 10 Beats Later
  • The Shady Side of Callisto

> Isma’ l-album Akshara ta’ Benji Cachia fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…