Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-723 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- NEO-X feat. Cher Camilleri –Il-Ħajja
- Nate Rope – Falling
- Antares Flare feat. Fenne – A Life You Keep Denying
- Colourblind – Jekyll & Hyde
- Andre Camilleri – Tumbleweed (country version)
- Lady Lizard – Bloat Drone
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’ġara f’ The Garage fit-13 ta’ Mejju 2022? Għal min jaf diġà bil-post imsejjaħ The Garage, fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, allura din il-mistoqsija aktarx li hija ferm anqas misterjuża milli tista’ tkun għal ħaddieħor. Jiena ma kontx hemm, u attwalment qatt ma mort għadni f’dan il-post. Fit-13 ta’ Mejju ta’ sentejn ilu, kien hemm band Maltija bl-isem ta’ A Black White Satellite li daqqew live u issa ħarġu recording ta’ dik is-serata permezz tal-Bandcamp. U huwa propju siltiet minn dan ir-recording li qed nisimgħu llum. Ir-recording sar minn Steve Lombardo u l-mixing u mastering saru minn Sean Attard. Jien għażilt dawn is-siltiet ta’ A Black White Satellite mill-kunċert tagħhom fil-Garage ta’ Ħaż-Żebbuġ irrekordjat fit-13 ta’ Mejju 2022:
- Intro
- Wrong Turn
- Void
- Till the End
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese. Ħareġ fit-22 ta’ Mejju u allura mhux biss tassew riċenti imma maħruġ ukoll f’dak li s’issa kien l-aktar xahar li fih ħarġu albums u EPs Maltin għal din is-sena, tal-anqas s’issa. Minn dan l-EP diġà smajna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Illum għażilt li ndoqq l-erba’ siltiet li fih, anke biex is-semmiegħa jieħdu idea sew ta’ dan l-EP.
- Find You
- Washington Square Park
- Two
- Higher
> Isma’ jew niżżel l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…