Mużika Mod Ieħor – 725

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-725 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Matthew James If I Ever Lose You
  • The Busker – Something In My Head
  • Kevin Borg Ground Zero 
  • Lokko Minn Għajnejja
  • Manwel T – You Never Walk Alone

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  X’inhu eżatt l-aħħar album ta’ Tom Caruana? Dan il-mużiċist Ingliż ta’ dixxendenza Maltija spiss nisimgħu mingħandu waqt MMI. Ftit tal-ġranet ilu, eżattament fit-3o ta’ Mejju 2025, huwa ħareġ l-aktar album riċenti tiegħu. Bħal diversi proġetti oħra li rajna mingħandu f’dawn l-aħħar snin, dan l-album il-ġdid ukoll huwa partikolari ħafna. Jismu Salsa Verde imma dan ma jfisser xejn, jew tal-anqas xejn li jgħinek tifhem x’fih eżatt. Il-mużika fih hija mibnija fuq siliet meħuda mill-librerija vasta ta’ mużika inċidentali tad-ditta KPM li hija magħrufa sew speċjalment fost il-produtturi tat-TV  għax għal diversi snin offriet mużika li tista’ tintuża faċilment fil-produzzjonijiet tagħhom. Issa, din il-librerija qed ntinuza b’mod regolari minn produtturi tal-mużika bħal Tom Caruana, biex joħolqu materjal bħal dak li nsibu fl-album tiegħu Salsa Verde. Minn dan l-album illum għażilt dawn:

  • Hits Hits Hits
  • Influential
  • Back in the Days

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Salsa Verde ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp

The JoyGivers - Għawdex Tiegħi album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għawdex Tiegħi ta’ The JoyGivers. Ilhom ġejjin singles minn dan l-album għal dawn l-aħħar sentejn, jekk mhux aktar. U issa, fl-10 ta’ Ġunju 2025, tfaċċa dan l-album li mhux biss jiġbor fih dawn id-diversi siliet li kellna mingħand dan il-grupp Għawdxi fl-aħħar xhur jew snin, imma anke siltiet oħra li ma dehru qatt qabel bħala recording. Illum għażilt li ndoqq dawn is-siltiet minnu.

  • Għawdex Tiegħi
  • Logħba Brilli
  • Fir-Ramla l-Ħamra
  • Emmen

 

> Isma’ l-album kollu Għawdex Tiegħi ta’ The JoyGivers fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…