Mużika Mod Ieħor – 792

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-792 edizzjoni li huwa t-tielet programm fl-għaxar staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Toby Farrugia & Ozzy Lino – More Than OK
  • Chess Galea– Butterflies
  • Djun – Tħabbat Qalbi Biss Għalik
  • Andrew Vella Zarb – One Step Away
  • Black Cloud – Live On
  • Tokin Toker – The Mad Pig

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’inhi din ta’ Renzo Spiteri?

Renzo Spiteri huwa perkussjonista u kompożitur tassew uniku għax-xena Maltija. Dan il-mużiċist rajnih jimraħ lil hinn minn xturna fl-aħħar snin. Ġieli kellna l-opportunità nisimgħu xi ħaġa mingħandu waqt MMI matul is-snin. Illum qed naqsam magħkom xogħol ġdid tiegħu jismu Terns. Arctic Terns huma tip t’għasafar li Spiteri osserva waqt residenza artistika tiegħu f’Shetland u dan ix-xogħol huwa propju msejjes fuq il-ħsejjes tagħhom.

> Isma’ u ara Terns ta’ Renzo Spiteri bħala video fuq YouTube

Cover of Live At Noise Studio by Keith Anthony
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Live at Noise Studio ta’ Keith Anthony. Dan l-album fih 11-il kanzunetta li fil-biċċa l-kbira tagħhom huwa verżjonijiet live ta’ siltiet minn EPs riċenti ta’ Keith Anthony irrekordjati fl-istudio tiegħu. L-EPs ħarġu f’dawn l-aħħar sentejn u jisimhom: No Crown in the Rain, Under the Surface, u Little Graces. Il-mużiċisti li jidhru miegħu fuq dan l-album huma Ismael Azzopardi, Charlie Busuttil, Dominic Darmanin, u Pawlu Portelli. L-album ħareġ fit-23 ta’ Awissu 2026 u minnu llum għażilt dawn:

  • Almost Kept
  • Kindness of Silence
  • No Crown in the Rain
  • Small Things

> Isma’ l-album Live at Noise Studio ta’ Keith Anthony kollu fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…