Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-794 edizzjoni li huwa l-ħames programm fl-għaxar staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Lil-Jun ft. Myles – Martri
- Hannah – Jum Wara Jum
- Clifford Borg – Eternal Dancer
- Ryan Hili – All That Really Matters
- Void of Chaos – Mors Perpetua
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Taf bir-reunion tal-AST Tignè li sar is-sajf li għadda?
Fid-9 ta’ Awwissu 2026 sar reunion ta’ diversi gruppi mix-xena ta’ Tignè li kienet attiva fis-snin 80. Dan kien parti mis-sensiela ta’ Minn Pjazza Għal Pjazza li ssir madwar diversi bliet u rħula ta’ Malta u Għawdex. Fost il-gruppi li ħadu sehem f’din l-attività kien hemm Abstruse, Davy Jones, Extermity, Fluid, Lord Adder, Overdose, u Structure. B’tifkira ta’ dan, illum għażilt li nisimgħu recording tal-grupp Fluid minn din is-serata.
> Ara lil Fluid fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa L-Irxoxt ta’ Djun. Dan l-album ħarabli. Irrid ngħid, kelli ppjanat ninkludih diversi drabi minn meta ħareġ, iżda għal xi raġuni jew oħra dan sar possibli biss illum. L-album ħareġ fit-13 ta’ Diċembru 2025, u allura teknikament huwa album li ħareġ is-sena l-oħra. Meta album bħal dan joħroġ fi żmien il-ġimgħat ta’ qabel il-Milied, hemm ċans akbar li, kif ġara lili, jindifen qalb il-ħafna mużika tal-istaġun, inkluż il-ħarsa lura lejn dak kollu li jkun ħareġ matul is-sena. Issa, Djun ħarġu single minn dan l-album bil-video b’kollox, abbinat ukoll ma’ kunċert sostanzjali, u allura ħadt l-okkazzjoni biex nara li ninkludih. Minnu llum għażilt dawn:
- L-Irxoxt
- Il-Mappa tad-Dinja
- Tħabbat Qalbi Biss Għalik
- Nistennik
- Nuċċali Roża
- Xifer
> Isma’ jew niżżel l-album L-Irxoxt ta’ Djun kollu fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…