Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-791 edizzjoni li huwa t-tieni programm fl-għaxar staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Different Minds – Can You Feel
- Ghoolie – What Was That About?
- Davinia – Baby I Fell
- Auntie’s Yellow Sofa –Feeling Better
- Luke Chappell – Queen of Hearts
- Emma Farrugia – Don’t Change
- Clifford Borg – Koari
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhu jagħmel Tom Caruana?
Dan il-mużiċist u producer Ingliż ta’ dixxendenza Maltija deher fuq MMI diversi drabi matul is-snin. Fost l-aktar proġetti ricenti tiegħu hemm Black Gold (24 Karat Version) f’verżjoni ġdida ta’ album ta’ remixes li oriġinajament ħareġ fl-2011. Dan ħareġ fil-21 ta’ Settembru 2026 fuq Tea Sea Records, it-tikkietta ta’ Tom Caruana nnifsu. F’dan il-każ ir-remixes huma ta’ recordings ta’ Jimi Hendrix bil-vuci ta’ diversi rappers u esponenti mid-dinja tal-Hip Hop, kif ukoll kollaboraturi ta’ Tom Caruana fuq proġetti oħra. Hemm aktar mashups u remixes fuq it-Tea Sea Records, imma llum għażilt dawn minn dan l-album Black Gold:
- House of Flying Daggers ft. Inspectah Deck, Raekwon, Ghostface Killah & Method Man
- True Kings of This World
- Vibrationz ft Inspectah Deck, GZA, Masta Killa, RZA, Method Man, Raekwon, Ghostface Killah
> Isma’ jew niżżel diski minn Tea Sea Records ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Headin’ South ta’ Joe Mizzi. Dan il-kantant Malti ilu li ħalla pajjiżu sa mis-snin 80 iżda komplejna nisimgħu mingħandu regolarment matul is-snin. Il-biċċa l-kbira tal-materjal tiegħu matul dawn l-aħħar 40 sena u aktar kien kollu rock, u bosta drabi rock qawwi wkoll. Allura dan l-album il-ġdid jaf jinħass xi ftit sorprendenti fl-istil. Headin’ South huwa album primarjament ta’ mużika country, jew tal-anqas country rock. Id-disinn viżiv mabut ma’ dan l-album huwa indunjament magħmul fl-intelliġenza artifiċjali, imma Mizzi jinsisti li m’hemm ebda użu tal-AI fil-mużika tiegħu. L-album ħareġ fit-2 ta’ Ottubru 2026 u minnu llum għażilt dawn:
- Ain’t My Kinda Life
- Slowdance
- Kick Start It Again (feat. Jenny Seibert)
- Not Today
- Another Country Song
> Isma’ l-album Headin’ South ta’ Joe Mizzi kollu fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:30 — 134.0MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…