Mużika Mod Ieħor – 722

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-722 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Chellcy Reitsma Carpe Diem
  • Hanging by ThreadsTalking to Ghosts
  • Moira Stafrace + Avenue Sky More Than Words
  • Dario GenoveseWashington Square Park
  • BeheadedIl-Kittieb 

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Veru li ma tkont taf b’Hanging By Threads? Minn żmien għal żmien jitfaċċa xi ħadd mix-xena Maltija li niskanta li ma nkunx naf bih diġà għax ikunu attivi biżżejjed biex suppost insir naf bihom b’xi mod jew ieħor. L-aktar każ riċenti ta’ dan il-fenominu huwa dak ta’ Hanging By Threats li daqqejt l-aktar diska riċenti tagħhom — Talking to Ghosts — fl-ewwel parti tal-programm illum. Skoprejthom bis-saħħa ta’ Melodija, li hija website tassew impenjata fil-promozzjoni tax-xena mużikali Maltija, b’mod partikolari dik alternattiva. F’din il-parti llum agħżilt li ndoqq xi siltiet mill-EP No More li Hanging By Threads ħarġu aktar kmieni din is-sena. Mid-deħra l-moħħ wara Hanging by Threads huwa Chris Muscat Role’, xi ħadd li ngħid għalija qatt ma tlaqt m’ismu qabel fix-xena lokali. Mill-EP No More għażilt dawn is-siltiet illum:

  • No More
  • You Should Know
  • Strangers
  • She Might

> Aqra aktar dwar Hanging by Threads fuq il-website ta’ Melodija

 

Claire Cordina - Do Tree Tire of Standing Still EP cover art
Claire Cordina – Do Tree Tire of Standing Still EP cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Do Trees Tire of Standing Still? ta’ Claire Cordina. Minn dan l-album diġà kellna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Waħda hija Gravity u l-oħra kienet You Want Me. Id-data tal-ħruġ uffiċjali ta’ dan l-EP, għax mhux propjament album dan, ħareġ fit-30 ta’ Mejju 2025, b’kunċert fin-97 Notes fil-Belt Valletta.  Ma’ Claire Cordina fuq dan l-EP insibu lil James Baldacchin0, li ħa ħsieb il-produzzjoni, il-kitarrist Franco Tartaglia, iċ-ċellista Lucie Kucharova, u Luke Briffa fuq id-drums. Minnu llum jiena għażilt dawn is-siltiet:

  • Do Trees Tire of Standing Still?
  • Gravity
  • You Want Me
  • Wake the Magic

> Isma’ jew niżżel l-EP Do Trees Tire of Standing Still ta’ Claire Cordina fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…