Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-720 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Sarah Bonnici – Is This How It Ends?
- Karm Debattista mssp – In the Beginning
- Maria Bea – Released
- Chess Galea – Boogeyman
- Ben Miller – 99
- Kiita C – No Defeat
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’taħseb dwar il-Eurovision ta’ din is-sena? Din mhux kurżità tiegħi, imma naf li jista’ jkun li hija l-kurżità t’uħud mis-semmiegħa tiegħi li ma segwex dak li għedt jien f’dawn l-aħħar snin dwar il-Eurovision Song Contest. It-tweġiba sempliċi hija dak li ili ngħid għax aktar minn 30 sena: il-Eurovision Song Contest huwa spettaklu tat-television aktar milli konkors tal-kant u l-mużika. U din is-sena, l-kanzunetta minn Malta qed turi dan b’mod ftit aktar ċar minn snin oħra. Biex nimmarkaw din l-okkażżjoni qed indoqq 3 verżjonijiet tal-kanzunetta minn Malta għall-Eurovision ta’ din is-sena:
- Mirana Conte – Serving (Live at the Museum of Archaeology)
- Splinter Studio (David Depasquale) – Kant (metal cover)
- Mirana Conte – Kant (verżjoni oriġinali għall-MESC 2025)
> Darba waħda kien hemm biss il-website EurovisionMalta.com
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Slave of the Machine ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo. Dan l-album ħareġ fit-2 ta’ Mejju 2025 fuq it-tikketta tad-diski Maltija Profound Sound Music. Melchior u Janelle ikkollaboraw flimkien darbi oħra qabel dan l-album u ġieli kellna l-mużika tagħhom sew waqt MMI kif ukoll meta konna nagħmlu M21. Illum, minn dan l-album tagħhom flimkien qed nisimgħu dawn:
- Slave of the Machine
- Patterns
- Ray of Light
- Timelapse
> Isma’ jew niżżel l-album Slave of the Machine ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:00 — 135.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…