Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-721 edizzjoni li huwa t-tmien programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- K.A.R.R. feat JJ Mist – Runaway Heart
- Carlo Gerada + Kevin Paul + Matthew James – Out of this World (Live Island Malta Season 3 Theme)
- Lighthouse – Don’t Forget Me
- Ara Lil Yoon – Tenth House Burning Capricorn Rising (live at Garage Pankow)
- Mariele Zammit – Għanja Birżebbuġa
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhuma l-aktar ħsejjes riċenti mingħand That bb? Meta kont qed nippreprepara din it-taqsima tal-programm tal-lum intbaħt li l-EP ġdid ta’ Rebecca Theuma – The Words Are Stuck in My Throat – huwa l-aktar recording riċenti tagħha li ltqajt miegħu jien. Dan l-EP inħareġ fid-29 t’April 2025 fuq it-tikketta tad-diski Skoċċiża Wrong Island li riċentament kienet stabbilita fil-Portugall. Fl-EP hemm sitt siltiet imma 3 kompożizzjonijiet ta’ That bb, għax it-3 siltiet l-oħra huma remixes ta’ tnejn mill-ewwel tlieta. “Il-producer mill-Korea ta’ Isfel Yetsuby, magħrufa l-iktar bħala nofs id-duo minimalista modern Salamada, tkompli l-atmosfera tal-ħolm ta’ I Wish I Had Something To Say But I Don’t waqt li toħodha fi sfera kompletament differenti.” Jew tal-anqas hekk hemm miktub fuq il-paġna tal-Bandcamp, bil-Malti, dwar din ir-remix.
- AOIIOA
- I Wish I Had Something To Say But I Don’t
- My Heart is a Broken Arp
- I Wish I Had Something To Say But I Don’t (Yetsuby Remix)
> Isma’ jew niżżel l-EP The Words Are Sstuck in My Throat ta’ That bb fuq Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Lazarene ta’ Dean Muscat. Dan l-album aktar li huwa aktar preċiżament ikklassifikat bħala EP għax fih biss ħames silitet. Ħareġ ftit tal-ġranet ilu, eżattament fis-16 ta’ Mejju 2025, anke jekk il-ġimgħa ta’ qabel kellna speċi ta’ single minnhu li hija My Muse is Gone, kif ukoll silta oħra bl-isem ta’ Heart of the Med diversi ġimgħat qabel. Min ilu jsegwi MMI għal ħafna snin jaf kemm nieħu gost ninkludi materjal tal-kantawtur Dean Muscat f’din is-sensiela — anke jekk kien hemm żmien meta sparixxa kważi kompletament — u allura għalhekk illum kważi naturali li nisimgħu l-ħames siltiet kollha li hemm f’dan l-EP, anke jekk din hija l-ewwel ġabra ta’ kanzunetti tiegħu wara tant snin attiv fix-xena tal-mużika lokali:
- Darkness
- My Muse is Gone
- Heart of My Med
- Her Odyssey
- Night’s End
> Isma’ jew niżżel l-EP Lazarene ta’ Dean Muscat fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…