Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-785 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Mia Lanzon – Forever More
- Aidan – Dolce Vita
- Andre Camilleri – Hell Ain’t Far Enough For Me
- Chess Galea – A Diva and a Problem
- Paul Giordimaina u Qalb – Għalxejn (ta’ Lino Cauchi 1949–2026)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Miġja ta’ Moħħ Miġnun ta’ Saħħar bħala audiobook.
Fit-12 ta’ Ġunju 2026, Marton Saliba magħruf aħjar bħala Saħħar ħareġ l-aktar album riċenti tiegħu bl-isem ta’ Miġja ta’ Moħħ Miġnun. Il-kunċett ta’ dan l-album huwa bbażat fuq leġġenda Maltija miktuba ftit aktar minn 100 sena ilu mill-ispizzjar Agostino Levanzin. Il-ġrajja tas-Saħħar Falzun hija ibażata fuq ġrajjiet li jingħad li seħħew tassew fis-seklu 16. Il-mużika li issa drajna sew mingħand Marton Saliba f’dawn l-aħħar 20 sena li ilu attiv fix-xena lokali, hija miktuba biex takkumpanja l-istorja u dan l-audiobook fih il-kliem li fuqhom hija bbażata l-lirika tal-kanzunetti li nisbu b’dan l-album tas-Saħħar.
> Isma’ jew niżżel l-album Miġja ta’ Moħħ Miġnun ta’ Saħħar fuq Bandcamp

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Lift Off ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo. Tkompli l-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ mużiċisti elettroniċi. Iltqajna magħhom sew individwalment kif ukoll flimkien bosta drabi matul is-snin waqt MMI. Dan l-album ħareġ fis-17 ta’ Awwissu 2026 fuq it-tikketta tad-diski tagħhom Profound Sound Music. Illum minnu għażilt dawn:
- Lift Off
- Art is Life
- Funky Cat
- Neptune
> Isma jew niżżel l-album kollu Lift Off ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:20 — 133.7MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…