Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-719-il edizzjoni li huwa s-sitt programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Dario Genovese – Two
- Bard – Farfett Blu
- The Travellers – Dawn il-Widien
- Divine Sinners – So What
- Antares Flare feat. Gita Buhari – I’ll Be Your Friend
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sar minnha Bunny Holiday? Mhux ċert jekk din il-mistoqsija kellix tkun min hi Bunny Holiday?” minflok. Iltqajt ma’ dan l-isem għall-ewwel darba xi sentejn tlieta ilu permezz ta’ sieħbi Michael Bugeja meta deheret f’xi gig hawn Malta. Bunny Holiday hija Kanadiża ta’ dixxendenza Maltija. Dinsinjatriċi tal-moda li ħadmet ma’ personalitajiet magħrufa bħal Beyoncé u Paris Hilton. F’Malta, kellha wkoll xi konnessjonijiet max-xena LGBT, b’mod partikolari waqt il-EuroPride ta’ xi sentejn ilu li sar f’Malta. Apparti hekk, ftit li xejn naf aktar, ħlief li għandha ukoll xi recordings ġodda mill-ewwel darba li kont smajt biha ‘l hawn. Illum qed indoqq dawn mir-repertorju ta’ Bunny Holiday…
- Tender Young Flesh
- Soul Shine Star Love
- Playboy
> Isma’ aktar mingħand Bunny Holiday fuq Soundcloud
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Midnight Pill ta’ Faddi. Dan l-album ħareġ fil-21 ta’ Marzu 2025 fuq it-tikketta tad-diski Khoros Records ta’ Newcastle fl-Ingilterra. Faddi huwa l-isem li qed jirrekordja biha issa Darren Borg li ilu attiv fix-xena tal-mużika elettronika għal dawn l-aħħar kważi 30 sena. Illum, minn dan l-album ta’ Faddi qed nisimgħu dawn:
- Midnight Pill
- Ordinary Wave
- Void
- Voices of Valhala
> Isma’ l-album Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…