Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-788 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Scarlet Pimpernel – Living Off the Grid
- Shaun Farrugia – All for Nothing
- UltraNothing – Gone
- Andre Camilleri – It Ain’t Worth A Damn
- Klinsmann – The Tide (live at the Beer Festival 2026)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’jidhirlek mis-set ta’ DJ Ruby waqt is-serata annwali ta’ Ruby&friends li saret fit-Tortuga Terrace fis-27.06.26? Skont DJ Ruby, dawn kien l-aqwa sagħtejn tiegħu. Illum għandna ċans nismgħu parti minn dan is-set waqt din il-parti ta’ MMI, anke biex b’hekk nimmarkaw it-tmiem tas-sajf 2026. Wasal ukoll, hux hekk?
> Isma’ s-set sħiħ ta’ DJ Ruby waqt Live at Ruby&friends fit-Tortuga Terrace mis-27.06.26

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Farewell ta’ Wayne Grima. Kellna okkazzjonijiet oħra nisimgħu l-mużika ta’ Wayne Grima waqt MMI f’dawn l-aħħar snin. Illum għandna l-aktar album riċenti tiegħu li ħareġ dan is-sajf, propjament fid-9 ta’ Lulju 2026. Flimkien mal-mużika ta’ Grima, fih tispikka l-vuċi ta’ Carla Chamoun. F’silta minnhom nisimgħu ukoll il-vuċi ta’ Miriam Cauchi. Illum qed nisimgħu dawn is-siltiet minnu:
- Farewell
- I Am That I Am
- Carpe Diem
- Whispers Through Time
- Lullaby for the Innocent
> Isma l-album kollu Farewell ta’ Wayne Grima fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…