Mużika Mod Ieħor – 787

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-787 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fid-disa’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Jodi & Ian – Mr Bluesman
  • Ema – Imħabba
  • Keith Anthony –Truth in Rags
  • Vince Fabri – Daphne
  • Karmaġenn – Demokrazija
  • Atomic Flame – Heavenly Punishment

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’taf dwar Malta? Il-kurżità tiegħi illum hija marbuta mal-ħruġ ta’ verżjoni ġdid tal-kanzunetta Lil Art Twelidi mill-awtriċi tagħha Doreen Galea. Il-kanzunetta hija magħrufa wkoll bħala Malta, u nstemgħet għall-ewwel darba waqt il-Malta Song Festival tal-1967, li fortunatament jeżisti LP bil-kanzunetti finalisti li ħadu sehem fih. Ċensina Zammit, li kantant dik il-verżjoni oriġinali, hija oħt Doreen Galea. Xi snin wara l-kanzunetta saret popolari ferm bis-saħħa ta’ verżjoni ta’ Mary Spiteri, tant hu hekk li ħafna nies forsi aktar jassoċjawha magħha milli mal-kantanta li propjament kitbitha. Hemm diversi verżjonijiet oħra ta’ din il-kanzunetta u bix-xieraq li dan il-kapolavur ta’ Doreen Galea, bil-mużika ta’ żewġha Sammy, jinħareġ f’din il-verżjoni aħħarija, bil-video b’kollox.

  • Doreen Galea – Malta – Lil Art Twelidi
  • Ċensina Zammit – Malta [mill-Malta Song Festival 1967]
  • Mary Spiteri – Malta
  • Georgina u Iris Schembi – Lil Art Twelidi [arranġament ta’ Paul Abela mis-snin 80]
  • Carmen Sherry – Malta

> Ara l-video tal-verżjoni attwali ta’ din il-kanzunetta minn Doreen Galea

Robert Farrugia - still cover
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Still ta’ Robert Farrugia. Propjament dan huwa EP li fih ħames siltiet qosra. Ħareġ fit-2 ta’ Settembru 2026, u diġa kellna ċans nisimgħu is-silta Projections minnu waqt MMI. Eżatt qabel ħareġ attendejt Listening Party tiegħu fuq Bandcamp. Illum qed nisimgħu is-siltiet kollha li fih:

  • Still
  • Postweaver
  • Projections
  • Interlude
  • Perc

> Isma jew niżżel l-EP kollu Still ta’ Robert Farrugia fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…