Mużika Mod Ieħor – 718

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-718-il edizzjoni li huwa l-ħames programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Alexandra Alden Magnolia
  • Dean Muscat My Muse is Gone
  • Andre CamilleriMake America Great Again?
  • Myles feat. Funky Money + DJ MacIssir Sinjur

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  X’inhu l-Confessional ta’ Tara Formosa? Għadu kemm ħareġ EP tal-kantawtriċi Maltija-Awstraljana Tara Formosa. Kellna kanzunetta jew tnejn oħra tagħha qabel f’din is-sensiela ta’ poddati, jew tal-anqas waqt Mużika 21 fuq Campus 103.7. Issa għandna dan l-EP u illum qed indoqq it-3 siltiet prinċipali minnu…

  • Confessional
  • Greedy for Your Eyes
  • Me, Myself and I
  • Confessional (Extended Version)

Isma’ l-EP Confessional ta’ Tara Formosa fuq Spotify.

Andre Camilleri - Evil Gnome of Doom Volume 3 album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri. Dan huwa t-tielet album tal-kantawtur Malti-Awstraljan Andre CamilleriIl din is-sena, wara Evil Gnome of Doom Vol.2 u Hank Rules. Huwa ukoll it-tielet album fis-sensiela ta’ arranġamenti ġodda, u xi ftit aktar raffi, ta’ uħud mill-bosta kanzunetti li ħareġ matul is-snin. Illum, minn dan l-album il-ġdid, nisimgħu dawn:

  • Tumbleweed
  • Fever is Rising
  • The Devil Knows My Name
  • Crazy Nights
  • Creature of the Night

> Isma’ l-album Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…