Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-717-il edizzjoni li huwa r-raba’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Stephanie Sant – Ikaru
- Aicha Xixa – Illejla
- Andre Camilleri – No Tears Left to Cry
- Chess Galea – Falling Knives
- Devil’s Breath – Nyau Initiation
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu SWAN? Nista’ ngħidilkom mill-ewwel li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija sempliċiment: m’għandix idea. Sirt naf bil-mużika ta’ SWAN permezz tal-klassifika tal-Aqwa 10 f’Malta ta’ Jake Cuschieri fuq il-Bay 89.7 ftit tal-ġimgħat ilu, għax kienu qed idoqqu d-diska l-aktar riċenti tiegħu. Għandu diversi silitiet fuq il-pjattaformi prinċipali (Spotify, Soundcloud, YouTube u hekk) imma ftit li xejn aktar tagħrif dwaru. Illum qed indoqq dawn…
- Makes Me Fly
- Origins
- Time [Extended mix]
- Escape from You
> Isma’ l-mużika ta’ SWAN fuq Spotify.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Melita: Maltese Piano Music ta’ Charlene Farrugia. Il-ġimgħa l-oħra daqqejt silta minn dan l-album tal-pjanista Maltija Charlene Farrugia. Fih hemm kompożizzjonijiet għall-pjanu minn 4 kompożituri Maltin li huma Charles Camilleri, Carmelo Pace, Carlo Diacono, u Josie Mallia Pulvirenti. U allura għażilt li llum indoqq waħda minn ta’ kull kompożitur:
- 4 Bagatelles: No 4. Vivo – Largo – Vivo (Pace)
- African Dreams: III.Experience of Conflict (Camilleri)
- Fantasie Impromptu (Diacono)
- Impressione Simfonica (Mallia Pulvirenti)
> Isma’ l-album Melita ta’ Charlene Farrugia fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…