Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-711-il edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fit-tielet staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Myles – Lil Din l-Art Ħelwa (acoustic)
- Skald – Xatbet il-Bieb
- Mariele Zammit – Babaw
- Manwel T – Zulu Drum
- Owen Leuellen – Catch a Plane
- Luke Chappell – Turn on the Light
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Tim Briffa? Ftit tal-ġranet ilu rċivejt messaġġ fuq Facebook mingħand Tim Briffa dwar xi ħaġa li kellha x’taqsam mal-Beatles u Philip Pace. Lil Tim kont naf bih matul is-snin permezz ta’ sieħbi Michael Bugeja. Huwa l-kantant u kitarrist tal-grupp Ingliż My Drug Hell. Għalkemm ilhom jirrekordjaw madwar 25 sena, qatt ma daqqejt xi ħaġa tagħhom waqt Mużika Mod Ieħor qabel illum. Xejn xejn, allura, issa wasal il-waqt li nindirizzawha din ukoll. Illum qed indoqq dawn is-siltiet ta’ Tim Briffa ma’ My Drug Hell:
- You Were Right, I Was Wrong
- Walk Tall (minn The Dregs of My Drug Hell – 2020)
- Nightgames
> Aktar mingħand Tim Briffa u My Drug Hell fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum Contemporary Colours Vol 2: New Music by Maltese Composers tal-Malta Philharmonic Orchestra. Dan huwa t-tieni volum ta’ xogħolijiet ġodda minn kompożituri Maltin esegwiti mill-orkestra nazzjonali. Ħmistax ilu daqqejtilkom xi siltiet mill-ewwel volum, li kien ħareġ fl-2020. Dan it-tieni volum ħareġ ftit tal-ġimgħat ilu, eżattament fit-8 ta’ Novembru 2024 fuq it-tikketta tad-diski Navona. Fih insibu kompożizzjonijiet ta’ Kris Spiteri, Stephen-Joseph Psaila, Albert Pace, Kristian Schembri, Joseph Sammut, Ruben Zahra u Reuben Pace. Għal dan l-album, l-orkesta filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Miran Vouptic. Minnu llum għażilt dawn jien:
- Longing (Kris Spiteri)
- Adagio No.2 Op.40 (Joseph Sammut)
- The Forbidden IV (Ruben Zahra)
- Waiting for Godot (Reuben Pace)
> Isma’ l-album Contemporary Colours Vol 2 tal-Malta Philharmonic Orchestra kollu fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:01 — 135.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…