Mużika Mod Ieħor – 710

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-710 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Jay Zinga + Bee – Cookin’ It Up
  • Klikka Żmien Ieħor
  • ONE11  Xemx Tiela’
  • OrfewMarilyn
  • Martina CutajarUn Giorno

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  X’sar minnu Daniel Sant? Daniel Sant mhux xi isem ġdid għal Mużika Mod Ieħor.  Anke meta konna nagħmlu Mużika 21 ġieli daqqejna l-mużika tiegħu. Irrid ngħid, mhux qed nistaqsi x’sar minnu għax sparixxa kompletament mix-xena, imma fis-sena ta’ x’qed jagħmel bħalissa. Kultant jitfaċċa xi recording tiegħu, mod partikolari fuq YouTube u riċentament ħareġ video tiegħu live mal-kwartett tiegħu f’Riga, l-Latvja, irrekordjata fit-18 ta’ Jannar 2025 fiċ-ċentru kulturali M/Darbnica.

  • Embraceable You
  • And As We Grow

Ara aktar mingħand Daniel Sant fuq YouTube

Andre Camilleri - Hank RulesPARTI 3: L-album tal-lum Hank Rules ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album ta’ din is-sena mingħand dan il-kantawtur Malti-Awstraljan mill-aktar prolifiku. Huwa t-tip t’album differenti mill-biċċa l-kbira li ħareġ fl-aħħar snin fis-sens li huwa album ta’ kanzunetti ta’ xi ħadd ieħor, u kollha tal-istess persuna: Hank Williams. Dak il-kantawtur Amerikan famuż huwa indubjament wieħed mill-idoli ta’ Camilleri u allura dan l-album jinħass mill-aktar naturali fil-katalgu tiegħu. Għalkemm il-kanzunetti ta’ Williams huwa indubjament il-kanzunetti ta’ Williams, f’dan l-album għandhom arrangamenti li tipikament tistenna mingħand Camilleri. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet jien illum:

  • Jambalaya
  • I’m So Lonesome I Could Cry
  • Cold Cold Heart
  • Alone and Forsaken
  • Cheating Heart

> Isma’ jew niżżel l-album Hank Rules ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…