Mużika Mod Ieħor – 712

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-712-il edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • 13 Year Later – Żifna f’Ħolma
  • Aidan 2×2
  • Bużu  Lura (minn Onestament)
  • Aicha Xixa feat. LokkoImħabbti
  • Tom Caruana feat. JehstHits Hits Hits
  • Sandro ZerafaSerendipity

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  X’inhu K.A.R.R.? K.A.A.R. huwa isem li diġa ltqajna miegħu waqt Mużika Mod Ieħor madwar 9 snin ilu meta tfaċċa għall-ewwel darba bis-silta Galacticors u EP b’erba’ siltiet taħt l-isem ta’ Galactic Drive. Huwa trio ta’ mużiċisti alternattivi, li huma Eric Soler (aka Soul), Kurt Aquilina u Jean-Pierre Genovese. Fl-2018 kellhom album, bl-isem ta’ K-a-r-r-n-a-g-e, li donnu ħarbilna kompletament. U issa, fl-2025, qed jirritornaw b’silta ġdid bl-isem ta’ Cyber Ronin. Allura llum qed nisimgħu dawn mingħandhom:

  • Nova Star
  • Galacticors
  • X-Wars (minn K-a-r-r-a-n-a-g-e)
  • Cyber Ronin

Aktar mingħand K.A.R.R. fuq Bandcamp

Perseus Dream - The Oldest Tale album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa The Oldest Tale ta’ Perseus Dream. Dan huwa grupp Grieg ibbażat f’Malta u  f’dan l-album tagħhom għandhom żewġ siltiet li fihom il-parteċipazzjoni ta’ AnneMarie Spiteri li nafuha mal-Viper Soup Complex. Minnu llum għażilt dawn jien:

  • The Oldest Tale
  • Time to Go
  • It Feels Right

> Niżżel jew isma’ l-album The Oldest Tale ta’ Perseus Dream kollu fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…