Mużika Mod Ieħor – 699

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-699 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fit-tieni staġun għar-radju. Din hija edizzjoni speċjali għall-Milied tal-2024.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • SterjoTipi Siġra tal-Milied
  • The JoyGivers Illum u Dejjem, f’Kull Milied
  • KanteraMilied Għalina
  • Karm Debattista msspBorn for Us
  • Rita Pace All I Need
  • Debbie Scerri, Nicole Vella, Tristan B, Alexia Vella Schembri, Daryl Jaymes, Miguel BonelloNatalis Notabilis
  • Kurt Anthony + Artisti VarjiMaxtura Mnikkta

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  Liema huma dawk id-diski tal-Milied xi ftit differenti din is-sena? Il-kurżità tal-lum hija dwar diski u recordings oħra maħruġa f’dawn il-ġranet li, tal-anqas fil-fehma tiegħi, huma xi ftit differenti mill-oħrajn. Nibdew il-kanzunetta maħruġa fuq it-tikketta tad-diski CAP Sounds bil-Ġermaniż mid-duo Bella Vista, filwaqt li f’Malta l-istess kanżunetta f’idejn Chan Vella u Alexia Vella Schembri hija interpretata minn Fabrizio Faniello bħala Wish Everyday Could Be Like Christmas. Apparti diski tal-Milied, f’dawn il-jiem ta’ festi tfaċċat ukoll kanzunetta oħra li faċilment nistgħu naħsbu li hija oħra tal-Milied. Qed nirreferi għal Qalb tad-Deheb, kliem ta’ Sean Buhagiar u mużika ta’ Dominic Galea, interepretata minn numru mdaqqas ta’ kantanti bħala ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju ta’ Malta Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 2024. U fl-aħħar għandna recording ġdid ta’ Silent Night (bl-Ingliż) minn Christine Dalli, li kellna okkazzjoni nismgħu l-vuċi sabiħa tagħha darb’ oħra waqt Mużika Mod Ieħor matul din is-sena. Dan arrangament orkestrali ta’ Patrick Hamilton u pubblikata minn Decca Publishing UK.

  • Bella VistaWienaht Zuhaus
  • Fabrizio Faniello – Wish Everyday Could Be Like Christmas
  • Artisti Varji – Qalb tad-Deheb
  • Christine Dalli – Silent Night

The New Victorians - Ninni album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ninni ta’ The New Victorians. Fl-aħħar waslet l-edizzjoni tal-Milied għal Mużika Mod Ieħor ukoll.  Din s-sena għandna album tal-Milied…u wieħed mill-isbaħ, ikolli ngħid ukoll. Ħafna drabi l-għanjiet tal-Milied jaqgħu f’żewġ kategoriji: ordinarji/repetittivi jew attentati sinċiera li ma jirnexxux. Fortunatament hemm tal-anqas kategorija oħra, li hija dik ta’ għanjiet tal-Milied interpretati b’mod straordinarju. Ċertament l-album tal-Milied ta’ The New Victorians jidħol f’din il-kategorija. L-album kien irrekordjat live fil-Kappella ta’ Bir Miftuħ, mingħajr udjenza, u nħareġ fuq Spotify fl-14 ta’ Novembru. Apparti żewġ videos fuq YouTube ta’ siltiet minnu, kellna nistennew sa ftit tal-jiem ilu biex ikun disponibbli ukoll f’verżjoni vinyl. Minnu llum għażilt dawn:

  • Ninni La Tibkix Iżjed
  • Ġesù Ħelwa Tarbija
  • Qed Joqrob il-Milied (White Christmas)
  • Fuq Tiben f’Maxtura
  • Qed Jinfirex mal-Widien

> Isma’ l-album Ninni ta’ The New Victorians fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…