Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-698 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fit-tieni staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Peach Talk – Guilty
- Alexandra Alden – Great Escape
- Kris Critien – Landslide
- The New Victorians – Ninni La Tibkix Iżjed
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Liema kien l-aktar videos Maltin (mhux bil-Malti) li spikkaw fl-2024? Wasalna lejn tmiem sena oħra, u allura, kif nagħmlu kull sena f’Mużika Mod Ieħor, nibdew nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar diski u recordings oħra li spikkaw matul is-sena biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Il-votazzjoni tiftaħ hekk kif tispiċċa s-sena. Illum inkomplu billi nistgħu siltiet minn uħud mill-aktar videos Maltin (mhux bil-Malti) li spikkaw matul l-2024:
- Anthea – ok ok ok
- Cora – Love Me
- Hannah – Birdsong
-
Stephen Galea feat. Grace Debono The Place Where No One Cries
-
Nicole Magro – October Dreams
- Benny Blue – Happier Now
- Lighthouse – Ghost of the Blues
- Kodin – It’s Alright
- Damaged & Co. – Reflections
- Eddie Fresco – Loaded Gun
- Ben Miller – Blessed
- Ħelwa – Sold Cheap
- Owen Leuellen – Can’t Be Stopped
- Geo Debono – Stolen In The Night + Timeless Romance
-
Klinsmann – Something Real
-
Gaia Cauchi – Cupid
-
Matthew James – Paradise
- From Sheep to Wolves – Submission
- The Rifffs – Modern Society
- Jessica Grech – Better in Pink
- Kayati – About You
- Kelsey Bellante – S.W.E.A.T.
- Lyndsay – One and Only
- Maria Cini – Lies
- Moira Stafrace – Movin’
- Nicole Frendo feat. Matt Blxck – Red Light
- Sarah Bonnici – Love You Like That
- Red Electric – Time Flies
- The Busker – Talking Back
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Nordterra ta’ Glen Montanaro + Walter Vella. Fl-aħħar edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor inkudejt is-silta L-Aħħar Bidwi minn dan l-album li ħareġ fid-29 ta’ Novembru 2024. Din il-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ mużiċisti Maltin hija staordinarja mhux biss għax huma minn żewġ ġenerazzjonijiet differenti, mifrudin bi tnejn oħra bejniethom, imma wkoll għax magħhom għandhom jakkumpanjawhom żewġ mużiċisti Daniżi, li huma l-bassista Kenneth Dahl Knudsen u d-drummer Carsten Landors. Is-siltiet fih huma xi ftit itwal minn kanzunetti kif spiss ikollna f’din it-taqsima, u allura qed ninkludi dawn it-tnejn:
- Ballata
- Il-Kaħli
> Isma’ l-album Nordterra ta’ Glen Montanaro u Walter Vella fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:00 — 135.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…