Mużika Mod Ieħor – 697

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-697 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fit-tieni staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Dario Bezzina Illum
  • Geo Debono Stolen in the Night
  • Il-MajċaDiska tal-Prim
  • Glen Montanaro + Walter Vella L-Aħħar Bidwi (minn Nordterra)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  Liema kien l-aktar videos bil-Malti li spikkaw fl-2024? Wasalna lejn tmiem sena oħra, u allura, kif nagħmlu kull sena f’Mużika Mod Ieħor, nibdew nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar diski u recordings oħra li spikkaw matul is-sena biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Il-votazzjoni tiftaħ hekk kif tispiċċa s-sena. Illum nibdew billi nistgħu siltiet minn uħud mill-aktar videos bil-Malti li spikkaw matul l-2024:

  • AmberGħanja lil Ġużi
  • Adria TwinsL-Isbaħ Stlla
  • Daryl JaymesĦallini
  • Maria Zahra BrincatKieku Nista’
  • Christian ArdingIl-Baħħ u Jien
  • Janice MangionĠawhra F’Qalbi
  • Meadow StringsWaħdi
  • Mike SpiteriGħidli
  • KanteraVjaġġ Sabiħ
  • Lokko3 Regoli
  • BroduKung Fu Karate
  • Kym PepeMhux il-Ħin + Dalgħodu
  • Kapitlu TlettaxRita + Għidli Min + Narċissista
  • ONE11Tagħmel X’Tagħmel
  • AidanSorry
  • Matt Blxck + Erba’Ejja
  • The JoyGiversGħawdex Tiegħi
  • SterjoTipi –  Destinazzjoni
> Ara l-aktar videos bil-Malti li spikkaw maturl l-2024 fuq YouTube

 

Andre Camilleri - This World Will Break Your Heart album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa This World Will Break Your Heart ta’ Andre Camilleri. Dan il-kantawtur Malti-Awstraljan ma jieqaf qatt jissorprendini. L-ewwel nett għax huwa prolifiku tant li dan huwa s-sitt album tiegħu din is-sena. Min isegwi din is-sensiela regolarment jaf li fl-2024 kellna wkoll ħames albums oħra qabel dan: Top Dog, Hell Bound, Lost in the Wilderness, Clouds, u Nowhere. Mhux hekk biss, imma ftit ġranet wara li ħareġ dan l-album il-ġdid tiegħu, ħareġ ukoll album ieħor b’verżjonijiet ġodda ta’ kanzunetti mir-repertorju tiegħu. L-album l-ieħor jismu Evil Gnome of Doom, u jaf hemm ċans li jkun l-album tal-ġurnata f’xi waħda mill-ewwel edizzjonijiet ta’ MMI fl-2025. Għal-lum għażilt dawn is-siltiet minn This World Will Break Your Heart:

  • This World Will Break Your Heart
  • Ball & Chain
  • No Tear Left to Cry

> Isma’ jew niżżel l-album This World Will Break Your Heart ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…