Mużika Mod Ieħor – 696

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-696 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tieni staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Mistura Grazzi bil-Quddiem
  • Bennie Blue Cold November
  • Jas Rolyn + Rafa Mathias – Lost In Love
  • Mikayla Blue Eyed Angel
  • Patryk CutajarJubal
  • SaħħarIrmied tal-Ħaruf (live – minn Ruinis Melitensis)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  X’ħoss fihom il-Voice Memo Covers ta’ Fake Ophelia? Il-kurżità tal-lum hija waħda li effettivament torbot ma’ EP xi ftit partikolari. Fl-istess waqt li għadu kemm ħareġ album, dan l-EP huwa ġabra ta’ covers (ħlief waħda) rrekordjati b’mod sempliċi fuq mobile bl-app tal-Voice Memos. Biż-żieda ta’ naqra reverb jaslu għandna permezz ta’ Bandcamp. Minnhom għażilt li ndoqq dawn:

  • Fly (Nick Drake)
  • Shenandoah
  • Ridin’ High
  • Casimir Pulaski Day (Sufjan Stevens)
> Isma’ jew niżżel A.Voice Memo Covers ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp

Storace - Crossfire album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Crossfire ta’ Storace. Daqqejt żewġ siltiet minnu li ħarġu fl-aħħar ġimgħat biex jippromovu dan l-album u llum se nisimgħu waħda minnhom. L-album ħareġ fit-22 ta’ Novembru 2024. Tajjeb ninnotaw li Storace huwa l-isem li qed juża Marc Storace bħala kantant solista fl-aħħar snin, anke jekk miegħu għandu band b’diversi mużiċisti stabbiliti fix-xena tar-rock internazzjonali. L-isem ta’ dan l-album juri wkoll ir-rabta li għandu Marc ma’ Malta u mal-Iżvizzera li t-tnejn għandhom salib fl-ikonografija nazzjonali tagħhom.  Minn Crossfire illum għażilt li ndoqq dawn:

  • Rock this City
  • Screaming Demon
  • Millionaire Blues
  • Sirens

> Isma’ l-album Momento Mori ta’ Chellcy Reitsma fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…