Mużika Mod Ieħor – 691

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-691 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tieni staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • The Rifffs Oh No Dub (Manwel T remix)
  • Matt Blxck X Erba’ Ejja
  • Matthew James (feat. Michela) Under Pressure
  • El FerrThey Say!
  • Franklin Calleja Chains
  • Mike SpiteriGħidli
  • Carlo MuscatHoller (minn The Body Is Only Light)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Xi ħsejjes fih l-EP For the Love of Pizza ta’ Ferret? Kultant il-kurżità tkun xi ħaġa li nista’ ninkludiha f’taqsima oħra kieku mhux għax tkun anomala, b’xi mod jew ieħor, fl-andament ta’ dak li nkun qed nagħmel jien. Hekk għażilt li nikklassifika l-EP tal-grupp Malti Ferret li jismu For the Love of Pizza. Naħseb ir-raġuni għal dan kien għax id-diriġenti ta’ Kewn Records, it-tikketta tad-diski li qed toħroġ dan l-EP, għażlet li toffi anteprima For the Love of Pizza b’mod li mhux spiss isir minn kull ħaddieħor li joħroġ xi EP jew album f’Malta. Allura, din tant hi xi ħaġa li napprezza jien, anke peress li dawn il-poddati nirrekordjhom diversi ġranet, u ġieli anke ġimgħat, qabel jixxandru fuq ir-radju li nkun nista’ ninkludi materjal ġdid eżatt kif ikun ħareġ għall-pubbliku. U filfatt l-EP tal-Ferret joħroġ uffiċjalment għall-pubbliku l-għada li dan il-programm jixxandar fuq Campus 103.7, jiġifieri nhar il-25 ta’ Ottubru 2024. Diġà daqqejtilkom is-silta Swamp Thing fl-ewwel parti tal-edizzjoni tal-ġimgħa l-oħra, u allura llum se nisimgħu siltiet l-oħra minn dan l-EP:

  • Cheeki Breeki
  • Big Machine
  • Galactose Intolerant
  • Praxis
Isma’ u niżżel l-EP For the Love of Pizza ta’ Ferrett fuq Bandcamp

Andre Camilleri - Nowhere album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Nowhere ta’ Andre Camilleri. Dan il-kantawtur Malti-Awstraljan spiss nisimgħu mingħandu għax huwa prolifiku ferm. Matul din is-sena biss, huwa diġà ħareġ ħames albums. Dan Nowhere huwa l-aktar wieħed riċenti u għalkemm għadu ma ħabbar xejn aktar s’issa, jaf anke ma jkunx l-aħħar wieħed għal din is-sena. Nowhere ħareġ fis-7 ta’ Settembru 2024 u għalkemm minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

  • Nowhere
  • Endless Night
  • Can’t Help It If I Tried
  • Keep On Searching

> Isma’ l-album Nowhere ta’ Andre Camilleri fuq Spotify

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

Comments

Leave a comment…