Skip to content

Mużika Mod Ieħor – 690

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-690 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tieni staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Berne Lost My Skin
  • Fake Ophelia Paint Sniffing Survivors
  • Joon Orqod (That BB Remix)
  • Chess GaleaBoogeyman
  • Storace We All Need the Money
  • FerretSwamp Thing (minn For the Love of Pizza EP)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: X’qed tagħmel Alexandra Alden? Kultant il-kurżità tkun waħda ordinarja tant li kważi stramba, jew eċċentrika. Bis-saħħa ta’ dak li għamlet f’Malta bl-X-Factor Alex Alden fuq perjodu ta’ żmien relattivament twil, ħafna nies jafu biha, jew tal-anqas jafu isimha. Imma kemm nies iseġwu x’qed tagħmel fl-Olanda, l-pajjiż li għażlet li tgħix fih meta telqet minn Malta xi ftit tas-snin ilu? Kultant żmien toħroġ xi diski, u għal dawk kurjużi bħali, minn żmien għal żmien tqarbinna ukoll b’recordings live li tkun għamlet. Illum għandna siltiet minn wieħed li għamlet fl-2023 u ħarġet fuq YouTube matul is-sajf ta’ din is-sena. Fih interpretat diversi kanżunetti li nafu mir-recordings tagħha, flimkien ma’ Jurriaan De Kok fuq il-kuntrabaxx, fil-Boijmans Depot ta’ Rotterdam, l-Olanda:

Chasing Pandora - The Weight Of It All album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Weight of it All ta’ Chasing Pandora. Dan l-album ilna nistennewh diversi ġimgħat, biex ma ngħidx xhur. Dan anke minħabba li nħarġu żewġ siltiet minnu bħala singles, u waħda minnhom se nisimgħuha propju fl-egħluq tal-programm illum. Personalment, ngħid id-dritt li qatt ma stennejt li kien ser ikollna recordings ġodda ta’ Chasing Pandora sa ftit ilu, wisq anqas album sħiħ. Dan l-album nħareġ fis-5 ta’ Ottubru 2024 u minu jien għażilt li ndoqq dawn illum:

  • The Weight of It All
  • Little By Little
  • Pass You By
  • Teatime

> Isma’ l-album The Weight of It All ta’ Chasing Pandora fuq Spotify

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...