Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-142 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Ħelwa – Sold Cheap
- Jas Rolyn – Lost in Love
- Bahjat – Ethereal
- Manwel T meets Zion Train – Dry Your Tears
- Eyes to Argus – Bloodstream Waterfall Cannonball
- Andre Camilleri – Lost in the Wilderness
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Ċikku l-Poplu? Qed niskanta li ma tfaċċatx f’din is-sensiela qabel din il-mistoqsija. Ċikku l-Poplu huwa l-isem li jirrekordja bih bħala kantawtur il-kompożitur Alex Vella Gregory. Ftit tal-ġranet ilu skoprejt dawn it-tliet siltiet tiegħu irrekordjati b’mod differenti minn kull kif iltqajt mal-mużika tiegħu qabel. F’dawn l-aħħar qisu ħmistax il-sena l-esperjenza kienet dejjem waħda live, waqt xi wieħed mill-cabarets li fihom iltqajna ma’ Ċikku l-Poplu matul is-snin. Dawn huma s-siltiet għal waqt il-programm tal-lum:
- Bum Bum
- Prosit Ministru
- Jekk Ma Fhimtux
> Isma’ dawn il-kanzunetti ta’ Ċikku l-Poplu fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Terapija u Mħabba ta’ Sean Borg. Dan l-album ħareġ fl-4 ta’ Ġunju ridt inwassalulkom ftit jiem biss wara li ħareġ. Dan mhux għax m’għandix albums oħra li jixirqilhom ikunu l-album tal-ġurnata. Però dan l-album tassew jinħass speċjali. Inħeġġiġkom tfittxuh fuq Bandcamp u tisimgħu s-siltiet kollha li hemm fih. Diġà kellna ċans nisimgħu xi tnejn minnhom f’programmi qabel dan tal-lum, apparti kanzunetti oħra ta’ Sean Borg. Minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:
- Salvataġġ
- Kulħadd l-Istess
- Invictus
- Ejja Morru Xi Party
- Karmelin
> Isma’ jew niżżel l-album Terapija u Mħabba ta’ Sean Borg kollu fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.