Mużika Mod Ieħor – 790

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-790 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fl-għaxar staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Mikayla – Fortune Teller
  • New Even feat. Hooligan + Nicole Cassar – Int
  • Empire of Ants – The Garden
  • Ġenn – Jaguar Sun
  • Manwel T – Freedom Stepper 2026 Flute Mix

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2: X’inhu l-aktar ħoss riċenti ta’ Devil’s Breath? The Missing Children In The Ħal Saflieni Hypogeum Of Raħal Ġdid — ħadt gost ferm li rċivejt nota mingħand Ryan Muscat ta’ Devil’s Breath ftit tal-ġranet ilu biex jiġbidli l-attenzjoni lejn din is-silta ġdida tagħhom maħruġa mit-tikketta tad-diski Sombre Soniks ibbażata f’Kent l-Ingilterra. Din is-silta nħarġet fit-23 ta’ Settembru 2026 bħala parti minn Dark Ambient Vol. 32.

> Isma’ jew niżżel Dark Ambient Vol. 32 kollu fuq Bandcamp

Andre Camilleri - It Aint Worth a Damn album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa It Ain’t Worth a Damn ta’ Andre Camilleri. Xi ġimgħatejn ilu ħabbat il-ħruġ ta’ dan l-album il-ġdid ta’ Camilleri li armajn sar dependibbli għall-aħħar fis-sensiela ta’ MMI.  L-album ħareġ uffiċjalmet fil-15 ta’ Settembru 2026 u fih 12-il silta, u — għal xi raġuni li għadni ma fhimtx – waħda minnhom hija cover ta’ House of the Rising Sun.  Il-bqija huma kollha kanzunetti oriġinali ta’ Camilleri, li din id-darba nsibuh jikkollabora ma’ Clark Fisher fuq il-kuntrabaxx u l-vjolin li nisimgħu f’uħud mis-siltiet f’dan l-album. Minnu llum għażilt dawn:

  • It Ain’t Worth A Damn
  • Great and Dreadful Day
  • House of the Rising Sun
  • The Devil Knows My Name
  • Rise from the Ashes

> Isma’ jew niżżel It Ain’t Worth a Dawn ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…