Mużika 21 – numru 143

Is-sensiela Mużika 21 tintemm bil-143 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fil-ħdax-il staġun. Mll-istaġun li jmiss Mużika 21 jitwaħħad mas-sensiela dejjiema ta’ poddati msejjħa Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant.

PARTI 1: L-aktar diski li spikkaw bejn April u Ġunju 2024. Diversi diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur huma fost dawk li l-aktar spikkaw s’issa f’din il-parti tas-sena:

  • Chasing Pandora – Teatime
  • Bennie Blue – Happier Now
  • Current Daze – Out of Outlaws
  • Berne – Waves
  • Chess Galea – Heal Me
  • Eyes to Argus – Bloodstream Waterfall Cannonball
  • nosnow/noalps – Easy Love
  • Sarah Bonnici – Lose
  • DJ Ġorġ Borg – Regional Road
  • DJ Cathy K & DJ Sue feat. Gail & Edwina Cini – Inti Djamant
  • Amber – Għanja lil Ġużi
  • Kapitlu Tlettax – Lilek Biss
  • Kym Pepe – Mhux il-Ħin
  • Kayati – About You
  • Hannah – Birdsong
  • Gaia – Cupid

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: L-aktar albums li spikkaw bejn April u Ġunju 2024. F’dawn l-aħħar tliet xhur ħarġu numru ġmielu ta’ albums ġodda u diffiċli ninkludu kollox f’din it-taqsima. Però għażilt li l-programm ikun fih biss żewġ partijiet din il-ġimgħa biex ninkludi kemm jista’ jkun mill-albums li ħarġu bejn l-Għid u l-bidu tas-sajf tal-2024.One11 - Meta Jaqa l-Ħoss album cover art

  • One11 – Meta Jaqa’ l-Ħoss
  • Brodu – Kusksu Clan
  • Robert Farrugia – Tilwin
  • Das Birthday Girl – Soft and Clear
  • Tribali – Alka
  • Melchior Sultana – Underground
  • Glen Montanaro – Trios, Had To Happen
  • Sfera – Gatt Groove
  • Sammy Murgo – The Final Chapter
  • Sean Borg – Terapija u Mħabba
  • TroffaĦamra – Weġgħet Żgħar

> Id-dettalji tal-albums kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Comments

Leave a comment…