Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-141 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Berne – Waves
- Peach Talk – Pretend
- Tom Caruana feat. Maddy – End of the Story (Part 1)
- Sean Borg – Kuntent Int Kuntent Kulħadd (mill-album Terapija u Mħabba)
- Acidulant – Sonic Expansion
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Chris Goa? Normalment meta nagħmel mistoqsija bħal din hawn, normalment nindirizza d-domanda xi ftit jew wisq direttament. Illum mhux se nagħmel hekk. Mhux għax Chris Goa huwa xi isem magħruf madwar Malta u Għawdex kollu, imma għax minflok qed nagħżel li nwassal l-aktar recording riċenti tiegħu bl-Jewel of the Nile. Hawnhekk insibuh f’kollaborazzjoni ma’ George Curmi l-Pusé li jikkontribwixxi tmien strumenti, anke jekk oriġinarjament suppost kien se jdoqq biss il-vjolin. L-istrumenti l-oħra huma l-klarinett, soprano saxophone, tenor saxophone, kitarra, duduk, theremin, u l-perkussjoni.
> Isma’ jew niżżel Between Simplicity and Complexity ta’ Celestial Sphere minn Battibatti fuq Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Alka ta’ Tribali. Kull sena fil-bidu ta’ Ġunju drajna li jkollna l-festival tal-Earth Garden f’Ta’ Qali. Aktarx li ebda banda Maltija oħra m’hi sinonima mal-Earth Garden aktar mit-Tribali. Għalhekk jagħmel sens ħafna li dan album ħareġ propju ftit granet qabel l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Earth Garden, fis-17 ta’ Mejju 2024. Il-ġimgħa li għaddiet daqqejt is-silta Barumbara u llum minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:
- Albatross
- Kelumara
- Mind Deeper
> Isma’ l-album Alka ta’ Tribali kollu fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.