Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-784 edizzjoni li huwa t-tmien programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Y.A.W.N. – Closer to Me
- Mariah Gerada – Staring at You
- Michela Agius – 272
- Clifford Borg – Adventure Waltz
- Ġiżimina – Il-Babaw (that bb Remix)
- Myles feat DJ Mac –Rkant
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’Sar Minnu Miguel Debattista? Uħud mis-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor aktarx jiftakruh bħala parti mit-trio BNI, wieħed mil-pijunieri tal-punk bil-Malti minn madwar 27 sena ilu. Oħrajn li jsegwu x-xena lokali b’mod aktar akkanit jista’ jkun li raw l-artiklu mill-aktar informattiv li kiteb il-ħabib tagħna Noel Mifsud fuq il-website Melodija.eu fil-bidu tas-sena l-oħra. Il-ġimgħa l-oħra rċivejt messaġġ mingħandu permezz ta’ ToniSant.com fejn aġġornani naqra dwar l-avventuri mużikali tiegħu f’dawn l-aħħar 13-il sena li ilu jgħix fil-Lussemburgu. Is-siltiet fit-tieni parti ta’ MMI tal-lum huma titwila ħafifa lejn kull wieħed mill-mumenti li spikkaw l-aktar fil-ħidma mużikali tiegħu:
- BNI – What Can I Do (live)
- UltraNothing – Fight It Out [minn s/t EP 2024]
- Makyō – Stoic
- Office of Weird – You Made Me
> Sib il-mużika ta’ Miguel Debattista fuq Spotify bħala BNI – Office of Weird – Makyō – UltraNothing

PARTI 3: L-album tal-lum huwa L-Għanja tal-Poplu 2026. Mhux qed niffoka fuq il-konkors ta’ kanzunetti b’temi soċjali organizzat mid-dilettanti tal-YTC li wasal fil-50 edizzjoni tiegħu. Illum xtaqt indoqq xi siltiet minn dan l-album mingħajr ma nikkummenta dwar wisq aktar mill-kanzunetti nfushom u l-kantanti li jinterpretawhom. Sfortunatament wisq nibża li f’dawn it-tip ta’ konkorsi jkun hemm kanzunetti li jixirqilhom ferm aktar milli jisparixxu mix-xena sempliċiment għax dehra f’xi edizzjoni ta’ xi festival f’sena partikolari. Skont jien dan jiġri anke minħabba kif l-istazzjonijiet tar-radju jittrattaw is-siltiet individwali li joħroġu minn festival bħal m’hu l-Għanja tal-Poplu. Illum, fl-ordni li jidhru fl-album, għażilt dawn:
- Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon – Kukkudrilli
- Danica Muscat – Ġakketta Roża
- Nicole Hammet – Mazza
- Walter Micallef – Terfagħni
- Cherylis – Mara
- Lon Kirkop u Mark Cachia – Requiem Stradalis
- Kelsey Carabott – Kristelejs
> Isma’ l-album kollu L-Għanja tal-Poplu 2025 fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:24 — 136.1MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…