Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-782 edizzjoni li huwa l-sitt programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- bee – Coco Chanel
- The Travellers – Dellijiet
- El Ferr – Mar-Riħ
- Seqer Malti – Lulju [oriġinarjmanet ta’ Walter Micallef]
- Karm Debattista mssp – Arise, My Beloved
- Prayer of the Dying feat. Simon Deguara – Rising
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Taf b’Kikku? Dil-ġimgħa skoprejt lil Kikku. Permezz ta’ kanzunetti animati, melodiji magħrufa u kliem sempliċi bil-Malti, Kikku qed joffri esperjenza li tgħaqqad it-tagħlim mal-gost. Xi kanzunetti ta’ Kikku huma wkoll disponibbli fuq pjattaformi ta’ streaming tal-mużika. Minbarra l-mużika, il-filmati animati jużaw kuluri vivaċi, karattri ferrieħa u stejjer qosra li jżommu l-attenzjoni tat-tfal filwaqt li jwasslu messaġġi pożittivi. F’żmien meta ħafna tfal iqattgħu ħin fuq pjattaformi diġitali, huwa sabiħ li naraw aktar kontenut bil-Malti li jippromwovi l-lingwa tagħna b’mod divertenti u aċċessibbli. Wieħed mill-aspetti l-aktar friski ta’ Kikku Malti huwa li jieħu melodiji li ħafna familji diġà jafu u jippreżentahom b’mod frisk u adattat għat-tfal Maltin. Il-produzzjoni ta’ Kikku Malti għandha kwalità moderna ħafna u li ndubjament intużawx għodod ta’ intelliġenza artifiċjali fil-ħolqien tagħha. Madankollu, s’issa m’hemm l-ebda informazzjoni pubblika dwar min hu wara din il-produzzjoni. Xorta waħda, minn qalbi, prosit tassew!
- Ferfer Denbek
- Ir-Roti tal-Linja
- Aħmar u Abjad Maltin
- Il-Brimba ż-Żgħira u Ħelwa
- Il-Festi Maltin
- Teptep Teptep
> Żur il-kanal ta’ Kikku Malti fuq YouTube.

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Devil Music ta’ Andre Camilleri. Kull min isegwi MMI regolarment jaf li kull sena jkollna tal-anqas 4 albums ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan.Dan għax huwa joħrog tal-anqas 4 albums fis-sena, u ġieli anke aktar. Allura kultant nabżu wieħed jew tnejn ukoll, għax impossibli nlaħħqu miegħu. Dan tal-lum ħareġ fuq Bandcamp nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2026. Minnu għażilt dawn:
- Sold My Soul to the Devil
- The Devil Owes Me Money
- Don’t Cry For Me After I’m Gone
- My Heart is Black as Coal
- Scatter My Ashes in the Wind
> Isma’ jew niżżel l-album kollu Devil Music ta’ Andre Camilleri fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…