Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-781 edizzjoni li huwa l-ħames programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kapitlu Tlettax – Qalb ta’ Iljun
- RawgħaDagħwa – Inkwina
- Myles – Kif Xbajt f’Malta
- Jas Rolyn – Sugar Sweet Honey
- Mark Anthony Bartolo – Take It
- Andre Camilleri – Redemption Song (minn Devil Music)
- Shaun Farrugia – Still Falling
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Taf bil-kanzunetti fil-ġabra Tifkiriet Tfuliti ta’ Charles Seychell? Ftit tal-ġranet ilu iż-Żejtuni Charles Seychell, magħruf ukoll bħala z-Zorro ħareġ CD b’sitt siltiet oriġinali taħt l-isem ta’ Tifkiriet Tfuliti. Il-mużika hija ta’ Frederick Camilleri bl-arranġamenti ta’ Augusto Cardinale. Dan il-proġett għandu direzzjoni artistika ta’ Anthony Ellul u rċieva appoġġ mill-Kunsill Malti għall-Arti. Personalment insib dawn il-kanzunetti ta’ Seychell tassew interessanti, anke għal raġunijiet antropoloġiċi aktar milli mużikali. Sinċerament nittama li jaslu għand udjenza kbira u għalhekk qed niddedika din it-tieni parti ta’ MMI llum biex indoqq kemm niflaħ mis-sitt kanzunetti li jsawru Tifkiriet Tfuliti ta’ Charles Seychell.
- Il-Bejjiegħa ta’ Dari
- Il-Ħanut tan-Nannu Tiegħi
- Lill Budaj
- Karmnu l-Iskarpan
> Isma l-ġabra ta’ kanzunetti Tifkiriet Tfuliti ta’ Charles Seychell fuq YouTube.

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Something I Had to Lose ta’ Sarah Bonnici. Propjament dan EP u xi ħaġa partikolari ħafna għax hemm element viżwali qawwi fih ferm aktar mid-diski li normalment joħorġu regolarment sew fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali. Diġà kellna ċans nisimgħu s-silta Barry minn f’edizzjoni qrib id-data meta ġie varat fit-Teatru Manoel nhar l-Imnarja ta’ din is-sena. Altru li mhux serata għana fil-Buskett għall-Imnarja dan ix-xogħol! Mis-sitt siltiet li fih illum għażilt dawn:
- Try
- Crazy Thing Called Life
- What I Left Behind
- For A While
> Isma’ l-EP kollu Something I Had To Lose ta’ Sarah Bonnici fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 57:30 — 131.7MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…