Mużika Mod Ieħor – 778

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-778 edizzjoni li huwa t-tieni programm fid-disa’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Ġiżimina Il-Baħħ
  • KayatiCruel
  • Lisa Gauci – Heart Wide Open
  • DJ Hyper SteveFirst Forever
  • Sarah Bonnici – Barry [minn Something I Had To Lose]
  • Devil’s BreathThey Were Deceived And Condemned Us Eternally

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Tislima lil Carmen Vella (1947–2026) Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026 tħabbret il-mewt ta’ Carmen Vella, kantanta u xandara li kienet popolari ferm fis-snin 70. L-akbar suċċess tagħna huwa rreġistrat fuq it-tikketta tad-diski tar-Record Centre fl-LP tal-1975 bl-isem ta’ Merħba. Dan kien album prodott minn Mario Ascione b’rabta ma’ programmi televiżivi fejn Carmen Vella kienet tidher regolarment mal-flawtista Charles Wood u l-kitarristi Araldo Xerri u Joe Agius. L-aktar silta popolari minn dan l-album – Ta’ Gananu il-Karozzin – hija kompożizzjoni tal-Għawdxi Joe Vella u għandha kliem ta’ Albert Marshall, li dak iż-żmien kien ukoll kollega ta’ Mario Ascione f’Television Malta. Is-silta favorita tiegħi minn dan l-album hija Int Sabiħa, verżjoni t’għanja tradizzjonali rranġata minn Joe Agius, li jinstema’ jkanta ma’ Carmen fiha.  Uħud forsi jiftakru lil Carmen tkanta l-kanzunetta Bħalek Ma Hawnx ma’ ħuha Martin Vella, jew oħrajn saħansitra jiftkruha tinterpreta l-verżjoni ta’ L-Imħabba ta’ Charles Camilleri u Albert Cassola li eventwalment tkant minn Joe Cutajar u  Helen Micallef fil-Eurovision Song Contest tal-1972. Dak li aktarx huwa l-aħħar recording tagħha huwa verżjoni ta’ Bħalek Ma Hawnx irrekordjata live fuq stazzjon tat-television privat madwar 12-il sena ilu. Għalija personali Carmen Vella tibqa vuċi li tissimbolizza s-sempliċità ta’ Malta fis-snin 70, forsi nostalġikament parti minn tfuliti li għadni ngħożż, imma indubjament vuċi sabiħa u xempju tal-kant popolari Malti fl-aqwa tiegħu. Carmen Vella kellha 79 sena.

  • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
  • Ta’ Gananu il-Karozzin
  • Int Sabiħa
  • Bħalek Ma Hawnx

Cover of Bla Kliem (Special Version) by Frank O'Neill> Isma l-album kollu Merħba ta’ Carmen Vella fuq YouTube.

 

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bla Kliem ta’ Frank O’Neill. Ikompli fuq il-verżjoni l-ġdid ta’ Man of Galilee dan l-album fih verżjonijiet ġodda ta’ kanzunetti miktuba minn Frank O’Neill interpretati permezz tal-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali. Dan l-album fih għaxar siltiet minn żminijiet differenti fil-karriera ta’ O’Neill, hawnhekk f’produzzjoni li ħa ħsiebha ħuh Kevin O’Neill. Nifhem li l-użu tal-AI jew IA fix-xena kreattiva huwa xi ftit kontroversjali, imma ngħid għalija r-riżultat finali fuq dan l-album huwa mill-aktar interessanti għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett huwa riflessjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi tal-lum fuq ir-repertorju ta’ mużika minn Malta, u fl-istess waqt huwa wkoll mod eċċellenti biex udjenzi ġodda jisimgħu l-melodiji ta’ Frank O’Neill li jaf mhux esposti biżżejjed fil-forom oriġinali tagħhom għal udjenzi differenti.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

  • It-Tieġ tan-Neputija
  • Għanja Mediterranja
  • The Plea
  • Imħabba f’Kemmuna

> Isma’ l-album kollu Bla Kliem ta’ Frank O’Neill fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…