Mużika Mod Ieħor – 738

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-738 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fil-ħames staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • The Buskermy Oh my
  • Moira Stafrace I Fell
  • Martina Cutajar – Crying on the Dancefloor
  • Marija Bellia – Nixtieq Kont Banana
  • Lara Zammit – Ma’ Nżul ix-Xemx
  • Matthew James L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

Luke Chappell - House on Fire album cover art

PARTI 2:  Kif ħarbilna l-EP ta’ Luke Chappell? Diversi xhur ilu kien tħabbar il-ħruġ tal-EP House on Fire ta’ Luke Chappell – l-ewwel wieħed tiegħu. Id-data, li ngħatat ħafna ġimgħat qabel, kienet id-28 ta’ Ġunju 2025. Tfaċċaw żewġ siltiet minnu b’videos promozzjonali intant. Dawn kienu Turn on the Light u If ur Leavin. U naħseb kien hemm xi oħra qabel dawn ukoll. Ġunju ġie u mar u l-EP ħadd ma qalli li ħareġ. Issa ftit tal-granet ilu kont qed nindaga dwar dan kollu u sibt li l-EP ħareġ fl-1 ta’ Awwissu 2025; jew tal-anqas dik id-data li hemm fuq Spotify. Fih sitt siltiet b’kollox. Ferm aktar milli stennejt imma xorta mhux album, hux hekk?  Biex xieraq nisimgħu xi siltiet minnu qabel jaħarbilna kompletament:

  • House on Fire
  • Turn on the Light
  • If ur Leavin
  • Get Me So High

> Isma’ l-EP House on Fire ta’ Luke Chappell fuq Spotify

 

Il-Każin tal-Imqarbon album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa  L-Album Live tal-Cast Oriġinali tal-2024 ta’ Il-Każin tal-Imqarbin. Xi darba jew tnejn oħra biss kellna album li kien musical, jiġifieri xogħol teatrali mużikali, f’din il-parti ta’ MMI. Il-Każin tal-Imqarbin ta’ Luke Saydon ħareġ is-sena l-oħra meta oriġinarjament tfaċċatt il-produzzjoni teatrali. U issa, f’Settemrbu tal-2025, għax saret produzzjoni oħra ta’ dan il-musical, inħareġ album bir-recording tal-kanzunetti kollha mill-produzzjoni oriġinali. Il-ġimgħa li għaddiet daqqejt Ħames Minuti bil-vuċi ta’ Jamie Cardona, li ħarġet propju biex nippromwovi l-ħruġ ta’ dan l-album fit-12 ta’ Settembru 2025.  Minnu għażilt dawn is-siltiet illum:

  • Kieku Taf – Luke Saydon, Raphael Pace + Ryan Grech
  • Inviżibbli – Luke Saydon + Ryan Grech
  • Ir-Raġel Normali – Luke Saydon, Raphael Pace + Ryan Grech
  • Ħames Minuti – Jamie Cardona

> Isma’ L-Album Live tal-Cast Oriġinali tal-2024 ta’ Il-Każin tal-Imqarbin fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…