Mużika Mod Ieħor – 716

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-716-il edizzjoni li huwa t-tielet programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Outbound Nothing Comes Easy
  • Rita Pace ma’ Renè Mamo Illum
  • Andre CamilleriTumbleweed (minn Evil Gnome of Doom Vol.3)
  • Kapitlu Tlettax ft. Ema Vella + ListonĦsibijiet
  • Pamela BezzinaPerfett
  • Charlene FarrugiaAfrican Dreams: I. Hymn to Morning
  • Melbourne Ska OrchestraWalls of Jerico

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  X’inhi d-differenza bejn album u EP? Din il-mistoqsija titfaċċa quddiemi regolarment kull tant żmien. Hemm diversi tweġibiet u mhux se noqgħod nidħol fihom illum.  Minflok se ndoqq xi siltiet mill-EP ġdid ta’ Fake Ophelia li jismu Rest, Sir Snock. Dan l-EP fih sitt siltiet li huma verżjonijiet irrkordjati bil-voice memo tal-mobile ta’ Luke Scerri, li huwa l-artist Malti bbażat Berlin li jirrekordja bl-isem ta’ Fake Ophelia. Dawn is-sitt siltiet huma kollha kanzunetti tal-kantawtur Amerikan Michael Hurley li miet fl-1 ta’ April 2025, fl-età ta’ 83 sena. Michael Hurley kien magħruf ukoll bħala Elwood Snock, Doc Snock, Snockman, The Snock, jew Snock. Dan allura, huwa tislima minn Fake Ophelia lil dan il-kantawtur li kellu karriera twila li bdiet fix-xena tal-mużika folk fi Greenwich Village, New York, fil-bidu tas-snin 60.

Isma’ jew niżżel l-EP Rest, Sir Snock ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp.

 

Sandro Zerafa - Mostly Slow Tunes album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Mostly Slow Tunes ta’ Sandro Zerafa. Dan huwa wieħed minn żewġ albums li ħareġ Sandro Zerafa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2025. L-ieħor jismu Limestone, u kien l-album tal-ġurnata fl-edizzjoni tal-ġimgħa l-oħra ta’ MMI. Fih Sandro Zerafa jinterpreta numru ta’ standards fuq il-kitarra waħdu Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

  • A Fellow Needs a Girl 
  • Painted from Memory
  • I’m Getting Sentimental Over You 
  • Never Will I Marry

> Isma’ jew niżżel l-album Mostly Slow Tunes ta’ Sandro Zerafa fuq Bandcamp .

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…