Mużika Mod Ieħor – 715

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-715-il edizzjoni li huwa t-tieni programm fir-raba’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Karm Debattista mssp Shalom
  • Michael Azzopardi Malju
  • RosIrrid Ninsik
  • Mariele ZammitStaġuni u Mewġ
  • Maria Zahra BrincatDak Li Hemm fil-Qalb
  • BrudaNisa tal-Lejl

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  Xi ħoss tagħmel live il-Melbourne Ska Orchestra? Kellna diversi drabi nisimgħu mhux biss il-Melbourne Ska Orchestra waqt Mużika Mod Ieħor matul is-snin, imma wkoll lil Nicky Bomba u ħuħ Michael Caruana, li huma membri prominenti ta’ din il-banda. Tkellimna darb’ oħra dwar kif bdew ma’ missierhom Nikol kważi 50 sena ilu fl-Awstralja bħala The Fugitives. Illum għażilt li ndoqq silta minn recording li sar waqt il-Bali Spirit Festival 2024, fejn mhux biss jibbrilla Nicky Bomba bħala l-mexxej tal-Melbourne Ska Orchestra, imma nistgħu nisimgħu ukoll għalfejn jagħmlu tant suċċess kull meta jidhru bil-kanzunetti u siltiet mużikali tagħhom.

Ara lill-Melbourne Ska Orkestra Live waqt il-Bali Spirit Festival 2024 fuq YouTube.

 

Sandro Zerafa - Limestone album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Limestone tas-Sandro Zerafa Quartet. Dan huwa wieħed minn żewġ albums li ħareġ Sandro Zerafa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2025. L-ieħor jismu Mostly Slow Tunes, u jkun l-album tal-ġurnata fl-edizzjoni li jmiss ta’ MMI. It-tliet mużiċisti l-oħra ta’l-kwartet ta’ Sandro Zerafa f’dan ir-recording ta’ tmien siltiet oriġinali ġodda li sar f’Pariġi huma Noé Huchard, Yoni Zelnik and Francesco Ciniglio. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

  • The Rufus Thing
  • The Weight of Shadows
  • Serendipity

> Isma’ jew niżżel l-album Limestone ta’ Sandro Zerafa fuq Bandcamp .

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…