Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-714-il edizzjoni li huwa l-ewwel programm fir-raba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Crowns – Amy
- Red Electric feat. Chasing Pandora – Fragile
- Sandro Zerafa – A Fellow Needs a Girl
- Toby Farrugia – Where Are You Now?
- Angelcrypt – Through Blackened Waters
- Jamie Cardona – Stajna Konna Aħna
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Xi ħoss jagħmel Dyż-lokazzjoni ta’ Child?
Ftit li xejn naf dwar Child ħlief li jidher li hija persuna Maltija li tgħix Londra, imma jista’ jkun li għandi żball. Dan l-aħħar, fil-21 ta’ Marzu 2025, biex inkunu aktar preċiżi, ħarġet l-EP Dyż-lokazzjoni. Minnu diġa kont daqqejt is-silta Qalbi li ħarġet diversi ġimgħat qabel l-EP fuq il-Bandcamp. U issa li għandna l-EP xtaqt naqsam il-ħames siltiet li fih magħkom.
> Isma’ jew niżżel l-EP Dyż-lokazzjoni ta’ Child fuq Bandcamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Tfal tax-Xemx minn Michael Azzopardi. Imgeżewer f’ħafna misteru qabel tfaċċa, l-album il-ġdid ta’ Michael Azzopardi tfaċċa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2025. huwa album ta’ mużika delikata fuq temi relattivament naive, jew tal-anqas hekk jinħassu meta tisma’ s-siltiet li fih l-album għall-ewwel darba. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:
- Amerikanata
- Fossili
- Qajjimni
- Kutrumbajsa
- Malju
> Isma’ l-album Tfal tax-Xemx ta’ Michael Azzopardi fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…