Mużika Mod Ieħor – 709

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-709 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kapitlu Tlettax ft. Liston Tibqax tgħix fil-Passat
  • David Schembri Għidli Int Ja Mara
  • Banjo Lucia  Cartwheel
  • Owen Jay + Melchior SultanaA Mild Winter (Urulu Remix)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  X’inhu Alias 1? Il-mistoqsija setgħet mill-ġdid kienet faċilment minn hu jew min hi Alias 1. Ngħidilkom mill-ewwel li Alias 1 huwa l-isem li jirrekordja bih Aidan Somers. Is-sena l-oħra ħareġ żewġ EPs, u naħseb li kieku ħariġhom bħala album wieħed aktarx li kien jispiċċa fit-tielet parti ta’ xi edizzjoni jew oħra ta’ MMI. L-EPs huma ARP li ħareġ f’April 2024 u Micro Voc li ħareġ f’Mejju. Minn ARP  illum għażilt li ndoqq dawn:

  • ARP 13
  • ARP 46
  • ARP 914

Isma’ aktar mużika ta’ Alias 1 fuq Bandcamp

MPO-Contemporary-Colours album cover artPARTI 3: L-album tal-lum Contemporary Colours: New Music by Maltese Composers tal-Malta Philharmonic Orchestra. Dan l-album ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2020. Għażilt li ninkludih illum għax madwar 3 xhur ilu, ħarġet it-tieni volum ta’ xogħolijiet ġodda minn kompożituri Maltin, u ħassejt li bix-xieraq nisimgħu xi siltiet minn l-ewwel volum qabel nsploraw is-siltiet li fih l-album il-ġdid. Ir-recordings tal-2020 jinkludu kompożizzjonijiet ta’ Euchar Gravina, Mariella Cassar-Cordina, Cristopher Muscat, Véronique Vella, Alex Vella Gregory and Xamm (Scent) by Albert Garzia. Għal dan l-album l-orkesta filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Sergey Smbatyan. Ir-recording sar fis-Sala Robert Samut tal-Furjana, u nħareġ mit-tikketta tad-diski Navona. Minnu llum għażilt dawn jien:

  • Fine Line (Véronique Vella)
  • Riħ / Wind (Alex Vella Gregory)
  • Xamm / Scent (Albert Garzia)

> Isma’ l-album Contemporary Colours kollu fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…