Mużika Mod Ieħor – 702

IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-702 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Red Electric Emotional Surgery
  • Jas Rolyn L8 Night
  • Mariah Gerada  Ciao Bella
  • Manwel TWarico
  • Rheez.Ġix Minuti

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

Bi tkomplija tal-lista ta’ personalitajiet mix-xena Maltija tal-mużika, spettaklu, u kultura, li ħallewna fl-2024, illum insellmu wkoll lil żewġ għannejja magħrufa sew – Frans Azzopardi ż-Żott minn Ħal Qormi (fit-28 ta’ Diċembru) u Fredu Abela ż-Żejtuni (fil-31 ta’ Diċembru) – kif ukoll il-kantant Joe Grech li miet fid-29 ta’ Diċembru 2024 fl-eta ta’ 90 sena.

Ara lista sħiħa ta’ personalitajiet Maltin li mietu fl-2024  fuq il-Wikipedia

PARTI 2:  Liema kienu l-aktar lyric videos li spikkaw fl-2024? Inkomplu nduru l-kategoriji fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Wara l-albums il-ġimgħa li għaddiet, u l-videos (sew bil-Malti u sew le) qabel il-festi , illum imiss il-lyric videos. Fenomenu relattivament ġdid dan, tal-anqas fl-iskema tal-ivvotar ta’ Mużika Mod Ieħor; introduċejniha għall-ewwel darba fl-2022. Din is-sena hemm għażla vasta ta’ stili, kif ukoll taħlita sħiħa bejn kanunetti bil-Malti u oħrajn bl-Ingliż.  Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

  • Deborah CTlaqna sal-Bajja
  • AidanHero
  • MisturaGrazzi bil-Quddiem
  • Il-MajċaSkarta
  • MikaylaBlue Eyed Angel
  • Rita PaceAll I Need
  • KayatiHappy Birthday
  • Myles20XX (An Open Letter to Myself)
  • Lady LizardBloat Drone
  • Avenue SkyEternità
  • Andew ZammitRajtek

Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

Orami - Gargoyle album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Gargoyl ta’ Orami. Kif kellna l-okkazzjoni ngħidu f’edizzjonijiet oħra qabel din, Orami huwa proġett ta’ Mario Giordimaina. Kellna diversi siltiet oħra mingħandu, inkluż l-album Noises li ħareġ f’Jannar tal-2022. Dan il-ġdid ħareġ fil-15 ta’ Diċembru 2024, u ftit qablu kellna wkoll video għal waħda mis-siltiet fih li hija Empire of Filth. Minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

  • Gargoyl
  • Empire of Filth
  • Omen

> Isma’ l-album Gargoyl ta’ Orami fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…