IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll
L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.
Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-703 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tielet staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Davinia Pace – Pearl Street
- Daryl Ebejer – Għalaq Għajnek
- Myles – Din l-Art Ħelwa
- Kapitlu Tlettax – Pierre is-Cigar
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Liema kienu l-aktar singles li spikkaw fl-2024? Inkomplu nduru l-kategoriji fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Illum imiss is-singles. Din il-kategorija konna waqqafniha fl-2015 għax ħassejt li ma kienx għadu jagħmel sens nitkellmu dwar singles. Issa, 10 snin wara, il-kategorija tirritorna, b’definizzjoni ġdid ta’ x’inhi single: kanzunetta li tagħha m’hemmx video u anqas lyric video iżda li tfaċċat fuq Spotify jew xi pjattaforma oħra waħedha l-ewwel (anke jekk il-video kultant jidher xi ġimgħat jew xhur wara), u anke jekk eventwalment kienet inkluża f’album. B’din id-definizzjoni ta’ single inkomplu nilqgħu l-votazzjoni tagħkom sal-aħħar ta’ Jannar. Dawn uħud mis-singles innominati mill-2024:
- 1905 – Fil-Ħolm
- Ema Vella – Emmint Fik
- Coda – Qalu li Raw
- Bennie Blue – Cold November
- Dean Muscat – Heart of the Med
- Airport Impressions – Bobcat
- DJ Ġorġ Borg – Regional Road
- Manwel T – Peace & Love
- nosnow/noalps – Easy Love
- Klinsmann – Paper Boat
- Megan May – I Confess
- Kurt Kind – So Bored
> Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ashes to Ashes ta’ Matthew James. Xi ħadd qalli li b’dan l-album tifhem għalfejn dan il-kantant u l-grupp Red Electric għażlu li ma jaħdmux aktar flimkien. L-album ħareġ fit-8 ta’ Jannar 2025, u allura effetivament huwa l-ewwel album ta’ din is-sena. Ħadt gost nisma’ l-biċċa l-kbira tas-siltiet li fih, anke jekk ma tantx impressjonajt ruħi bl-użu ta’ żewġ ismjiet minn diski ta’ David Bowie, li mhux covers. Laqatni l-aktar li hemm siltiet li gawdew ċertu popolarità matul is-sena l-oħra, u t-tiżwieqa ta’ kanzunetti bl-Ingliż u oħrajn bil-Malti. Minnu għażilt li ndoqq dawn illum:
- Ashes to Ashes
- Mhux Xorta
- Taħt Tapit
- Too Much
> Isma’ l-album Ashes to Ashes ta’ Matthew James fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…