Mużika Mod Ieħor – 686

 Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-686 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fl-ewwel staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Maria Cini Lies
  • Chellcy Reitsma Boat to Nod
  • Daryl JaymesĦi
  • Antares Flare We Used to Sing
  • Jes Psaila / The Hinge ProjectUnder the Dante
  • Current DazeCelestial Rhymes of Conviction

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Min hu Sound Synthesis? It-tweġiba hija sempliċi: Keith Farrugia. U llum mingħandu għandna live session li ħareġ ftit.

> Watch Sound Synthesis’s Techno Live Session on YouTube

Skald - Morsa album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Morsa ta’ Skald. Huwa wieħed mill-album l-aktar mistennija fix-xena tal-mużika Maltija. Ħareġ nhar is-Sibt 14 ta’ Settemrbu 2024. Minnu diġà doqna verżjoni għar-radju ta’ Il-Qatra, filwaqt li siltiet oħra, bħal Gwernika, ilhom diversi xhur, jekk mhux snin, fir-repertorju tagħhom. Dan sa minn meta ħarġu l-album Kura fl-2021. Skald huma Aaron Debattista, Simon Bezzina, Bertu Aquilina, Jesmar Bezzina and Gabriel Gauci. Illum għażilt dawn is-siltiet mill-album il-ġdid ta’ Skald:

  • Fis-Sfond Hemm Po nt
  • Xatbet il-Bieb
  • Fiċ-Ċirku
  • Gwernika
  • Il-Qatra

> Isma’ l-album Morsa ta’ Skald fuq Bandcamp

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

Comments

Leave a comment…