Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-685 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fl-ewwel staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Sacco & Kathy K feat. Gail – Losing Sleep
- From Sheep to Wolves – Submission
- Ryan Hili & Timea Farr – Sometime Soon
- Patryk Cutajar – Once Again
- Simon Sammut – Take the Next Flight
- Kapitlu Tlettax feat. Jessica Micallef – Għidli Min
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhu Boomers? Boomers kienet sensiela għat-television li xxandret fuq it-Tokis tal-GO fl-aħħar tlett xhur tas-sena l-oħra. Fiha ndaqqu diversi siltiet mużikali ta’ esponenti lokali ta’ bħalissa, interpretati minn kantanti stabbiliti u aktarx magħrufa aktar fis-seklu li għadda. Biex ngħid kollox, jiena kelli parti żgħira f’dan il-programm flimkien ma’ Michael Bugeja, fejn konna għamilna kummentarju dwar is-sors oriġinali u l-kantanti li kienu qed jinterpretaw dawn il-kanzunetti riċenti fl-istil tagħhom, meqjus retro, jew ta’ żminijiet oħra, magħrufa ukoll tal-Boomers, jew ossia l-Baby Boomers. Insomma, din skuża biex indoqq xi ħapa minn dawn il-kanzunetti kif interpretati minn kantanti magħrufa sew waqt il-programm Boomers is-sena l-oħra:
- Paul Giordimaina – Chips
- Tony Camilleri – Pirati
- Maryrose Mallia – Ċikku ċ-Ċinkwina
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Alien Grace ta’ Alien Grace. Dan huwa t-tieni album din is-sena li jġib l-istess isem tal-grupp li ħarġu. L-ieħor kien Memphis Mac. Iż-żewġ gruppi mhux ibbażati Malta. Fil-każ ta’ Alien Grace, ibbażati f’Berlin, u ninkluduhom hawn bis-saħħa ta’ Dan Ganado, il-kitarrist tagħhom, li naturalment huwa Malti, jew tal-anqas ta’ parentela Maltija. M’hemmx wisq aktar x’ngħid ħlief li l-album ħareg fuq il-Bandcamp fl-4 ta’ Lulju 2024 u minn għażilt dawn is-siltiet għal-lum:
- Caveman
- Midnight Oil
- Hiding
- Wilderness
- We’ve Never Been Better
> Isma’ l-album Alien Grace ta’ Alien Grace fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | Blubrry | RSS | More