Skip to content

Mużika 21 – numru 043

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-43 edizzjoni li hija r-raba’ programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Dylan de Bono  – I Can’t Say No

Andrew Zammit – Żiffa Sajfija

Manwel T – Eastern Shank

Marco Larski Ellul – Metamorphosis

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lejn l-album ta’ Antares Flare li ħiereġ fuq Bandcamp fl-1 ta’ Settembru 2022. Meta joħroġ nkluduh bħala l-album tal-ġurnata imma llum se nisimgħu 3 siltiet minnu:

  • What’s Gonna Kill Me First
  • Mirror People
  • Sandstones

Sib aktar dwar l-album ta’ Antares Flare fuq Bandcamp

 

William-Smith-Nomad-album-coverPARTI 3: L-album tal-lum huwa Nomad ta’ William Smith, li ħareġ nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2022. Dan il-mużiċist żgħażugħ Malti qed jagħmel isem għalih innifsu wara li mar jistudja barra fejn għadu kemm spiċċa BA f’Jazz Drums f’Utrecht l-Olanda u issa qed jipprepara biex ikompli l-istudji tiegħu f’livell postgradwat fil-Manhattan School of Music ta’ New York. F’dan l-album idoqqu miegħu il-kitarrist Prashant Samlal, Murat Ali Cengiz fuq il-pjanu u Jonathan Ho Chin Kiat bil-kuntrabaxx.

  • For Charlie
  • Satellite
  • Litany

Isma’ u/jew akkwista l-album Nomad ta’ Williiam Smith minn Bandcamp

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...