Skip to content

Mużika 21 – numru 042

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-42 edizzjoni li hija t-tielet programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu s’issa dan ix-xahar…

The Travellers  – Is-Sbuħija ta’ Dan iż-Żmien

Bee – All You Could Say

Rheez – True Wounds

Marty Rivers feat. Marisa D’Amato – Lucky Me

Stephen Galea feat. Grace Debono – Snowball

The JoyGivers – Fis-Skiet ta’ Qalbna

Adrian Galea – Hope

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: L-EP Voices in My Head ta’ Twenty-Six Other-Worlds inħareġ mill-ġdid  fuq Spotify nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2022. Minnu nisimgħu żewġ siltiet mit-tlieta li fih:

  • The Mirror
  • Thoughts of Insanity

Isma’ Voices in My Head ta’ Twenty-Six Other-World kollu fuq Spotify

 

Jes Psaila 2014 album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Jes Psaila ta’ Jes Psaila; xi drabi kklassifikat bħala EP.   Dan l-album inħareġ bħala CD fl-2014 minn dan il-kitarrist Malti. Miegħu fuq il-bass insibu lil Eric Wadge u fuq id-drums lil Alex Debono. Illum se nisimgħu tliet siltiet minnu, u f-aħħar waħda jingħaq magħhom fuq il-pjanu Mark Attard:

  • Heard You Smile
  • Hush Money
  • The Loft

Isma’ l-album/EP ta’ Jes Psaila fuq Spotify

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...