Skip to content

Mużika 21 – numru 030

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bit-30 programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…

Digital Black – The Mothership

Xoxo – My New Habit

Cher Camilleri – Ma Rajtnix

Skald – Gwernika

Robert Farrugia – Iota // Digital Droplets

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: The Refugees EP. Dan l-EP inħareġ fuq diversi pjattaformi fl-14 ta’ April 2022. L-4 siltiet li hemm fih kienu rrekordjat minn Ronnie Busuttil u l-kumplament tal-grupp The Refugees fl-2003 u ma nħareġ qatt qabel issa. Ħassejt li jkun xieraq nisimgħu l-4 siltiet li hemm fih kollha u sħaħ:

  • When I Get UP
  • Stay With Me
  • Forever
  • If I Was You

Tista’ tisma’ The Refugees EP kollu fuq Spotify.

 

Melchoir Sultana - Self Reflection album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Self Reflecton ta’ Melchoir Sultana. Dan l-album  se jinħareġ mid-ditta tad-diski Torka Oath fit-29 ta’ April tal-2022. Dan ifisser li dan l-album se joħroġ eżatt wara li int tkun smajtu għall-ewwel darba fuq Campus FM waqt il-programm tal-lum ta’ Mużika 21. Melchoir Sultana jibqa figura partikolari b’rabta ma’ din is-sensiela għal-fatt li hija l-mużika tiegħu li tinstema waqt il-promos regolari ta’ Mużika 21 fuq Campus FM. Minnu nisimgħu 3 siltiet:

  • Dogma
  • Mirage
  • Remember the Floor

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album kollu Self Reflecton ta’ Melchoir Sultana fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...